|
+Artikolu 429d 3. |
Artikolu 429d 3.L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu mixtri tkun ugwali jew ikbar mill-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt;
(b)
id-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun soġġett mod ieħor għall-istess termini materjali bħal dawk fid-derivattiv tal-kreditu sottoskritt korrispondenti jew aktar konservattivi minnhom;
(c)
id-derivattiv tal-kreditu mixtri ma nxtarax minn kontroparti li tesponi lill-istituzzjoni għal riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 291(1);
(d)
meta l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt jitnaqqas bi kwalunkwe bidla negattiva fil-valur ġust inkorporat fil-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mixtri jitnaqqas bi kwalunkwe bidla pożittiva fil-valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1;
(e)
id-derivattiv ta' kreditu mixtri ma jkunx inkluż fi tranżazzjoni li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni f'isem klijent jew li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni fir-rwol tagħha bħala klijent ta' livell ogħla fi struttura tal-klijenti b'ħafna livelli u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv referenzjat mid-derivattiv ta' kreditu sottoskritt korrispondenti jkun eskluż mill-miżura tal-iskopertura totali f'konformità mal-punt (g) jew (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1), kif applikabbli. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv ikun inkluż fil-miżura tal-iskopertura totali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|