+Artikolu 434a Formati ta' divulgazzjoni uniformi

Artikolu 434a Formati ta' divulgazzjoni uniformi

Artikolu 434a

Formati ta' divulgazzjoni uniformi

▼M17

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta' divulgazzjoni, u informazzjoni dwar il-politika ta' preżentazzjoni mill-ġdid, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż struzzjonijiet, għad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont it-Titoli II u III.

▼M8

Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed għall-utenti ta' dik l-informazzjoni biex jivvalutaw il-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Wieħed sa Sebgħa. Biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-informazzjoni, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu l-konsistenza tal-formati ta' divulgazzjoni ma' standards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet.

Il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom ikunu tabulari fejn adatt.

▼M17

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

▼M8

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit