+Artikolu 442 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni

Artikolu 442 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni

Artikolu 442

Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni:

(a) 

il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet li jużaw għal finijiet ta' kontabbiltà ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''danneġġati'' u d-differenzi, jekk ikun hemm, bejn id-definizzjonijiet ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''awtomatiċi'' għal finijiet ta' kontabbiltà u regolatorji;

(b) 

deskrizzjoni tal-approċċi u l-metodi adottati għad-determinazzjoni ta' aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu speċifiku u ġenerali;

(c) 

informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità ta' skoperturi produttivi, improduttivi u mrażżna għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, inkluż l-indeboliment akkumulat relatat tagħhom, id-dispożizzjonijiet u l-bidliet negattivi fil-valur ġust minħabba r-riskju tal-kreditu u l-ammonti ta' kollateral u garanziji finanzjarji riċevuti;

(d) 

analiżi tal-età tal-kontabbiltà ta' skoperturi wara d-data ta' għeluq;

(e) 

l-ammonti gross riportati ta' skoperturi kemm inadempjenti kif ukoll mhux inadempjenti, l-aġġustamenti speċifiċi u ġenerali akkumulati tar-riskju tal-kreditu, it-tħassir akkumulat magħmul kontra dawk l-iskoperturi u l-ammonti netti riportati u d-distribuzzjoni tagħhom skont iż-żona ġeografika u t-tip ta' industrija u għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ;

(f) 

kwalunkwe bidla fl-ammont gross ta' skoperturi inadempjenti li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta' bilanċi ta' dawk l-iskoperturi, l-ammont gross ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi mreġġa' lura għal status ta' mhux inadempjenti jew soġġetti għal tħassir;

(g) 

id-diżaggregazzjoni ta' self u titoli tad-dejn skont il-maturità residwa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit