Artikolu 443
Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-assi aggravati u ta' assi mhux aggravati tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont riportat għal kull klassi ta' skopertura diżaggregat skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-ammont riportat li jkun aggravat u mhux aggravat. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar assi aggravati u mhux aggravati ma għandhiex tiżvela assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta minn banek ċentrali.