+Artikolu 445a Divulgazzjoni tar-riskju ta' CVA
---+Artikolu 445a 1.
---+Artikolu 445a 2.
---+Artikolu 445a 3.
|
Artikolu 445a Divulgazzjoni tar-riskju ta' CVA
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 445a 1.
|
L-istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
(a)
stampa ġenerali tal-proċessi tagħhom biex jidentifikaw, ikejlu, jiħħeġġjaw u jimmonitorjaw ir-riskju ta' CVA tagħhom;
(b)
jekk l-istituzzjonijiet jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(2); meta jkunu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet, jekk l-istituzzjonijiet ikunux għażlu li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 385; meta l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA bl-użu tal-approċċ simplifikat, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità ma' dak l-approċċ;
(c)
in-numru totali ta' kontropartijiet li għalihom jintuża l-approċċ standardizzat, b'diżaggregazzjoni skont it-tipi ta' kontropartijiet.
|
|
Artikolu 445a 2.
|
Istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat stabbilit fl-Artikolu 383 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għandhom jiddivulgaw, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza interni tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju ta' CVA;
(b)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom għar-riskju ta' CVA skont l-approċċ standardizzat b'diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju;
(c)
stampa ġenerali tal-ħeġġijiet eliġibbli użati f'dak il-kalkolu, b'diżaggregazzjoni skont it-tip ta' strumenti stabbiliti fl-Artikolu 386(2).
|
|
Artikolu 445a 3.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ bażiku stabbilit fl-Artikolu 384 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għandhom jiddivulgaw, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom għar-riskju ta' CVA skont l-approċċ bażiku, u l-komponenti BACVAtotal
u BACVAcsr-hedged
;
(b)
stampa ġenerali tal-ħeġġijiet eliġibbli użati f'dak il-kalkolu, b'diżaggregazzjoni skont it-tip ta' strumenti stabbiliti fl-Artikolu 386(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|