+Artikolu 477 Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
---+Artikolu 477 1.
---+Artikolu 477 2.
---+Artikolu 477 3.
---+Artikolu 477 4.

Artikolu 477 Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 477 1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 66, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-ammonti reżidwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 476.
Artikolu 477 2.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66:

(a) 

holdings diretti tal-istrumenti proprji tal-Grad 2 jitnaqqsu skont il-valur fil-kontijiet mill-elementi tal-Grad 2;

(b) 

holdings indiretti u sintetiċi fl-istrumenti proprji tal-Grad 2, inklużi dawk l-istrumenti proprji tal-Grad 2 li l-istituzzjoni tista’ tkun obbligata tixtri minħabba obbligu kuntrattwali eżistenti jew kontinġenti, ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Artikolu 477 3.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 66:

(a) 

fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti fl-entità tas-settur finanzjarju li magħha jkollha holdings transversali reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħha tal-istrumenti tal-Grad 2 tal-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 66;

(b) 

fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju li magħha jkollha holdings transversali reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tal-Grad 2 ta’ dik l-entità tas-settur finanzjarju huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 66.

Artikolu 477 4.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66:

(a) 

l-ammont relatat mal-holdings diretti li huwa meħtieġ jitnaqqas skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 jitnaqqas nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;

(b) 

l-ammont relatat mal-holdings indiretti u sintetiċi li huwa meħtieġ jitnaqqas skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 ma għandux jitnaqqas u huwa soġġett għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit