+Artikolu 481 Filtri u tnaqqis addizzjonali
---+Artikolu 481 1.
---+Artikolu 481 2.
---+Artikolu 481 3.
---+Artikolu 481 4.
---+Artikolu 481 5.
---+Artikolu 481 6.

Artikolu 481 Filtri u tnaqqis addizzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 481 1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 32 sa 36, 56 u 66, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta', l-elementi ta' Grad 1, l-elementi ta' Grad 2 jew l-elementi tal-fondi proprji sabiex jew jinkludu fihom jew inkella jnaqqsu minnhom dak il-perċentwal applikabbli tal-filtri jew it-tnaqqis meħtieġa skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikoli 57, 61, 63, 63a, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/48/KE, u għall-Artikoli 13 u 16 tad-Direttiva 2006/49/KE, u li mhumiex meħtieġa skont il-Parti Tnejn ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 481 2.
►C2  B'deroga mill-Artikolu 36(1)(i) u l-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet li japplikaw il-metodi msemmija fl-Artikolu 49(1) meta r-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 49(1) ma jkunux sodisfatti, aktar milli jsir it-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 36(1). ◄ F'dawn il-każijiet, il-proporzjon ta' holdings tal-istrumenti ta' fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-impriża prinċipali għandha investiment sinifikanti li mhux meħtieġ li jitnaqqas skont l-Artikolu 49(1) għandu jiġi determinat mill-perċentwal applikabbli msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-ammont li ma jitnaqqasx għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 49(4), skont kif applikabbli.
Artikolu 481 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwal applikabbli għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:

(a) 

0 % sa 80 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;

(b) 

0 % sa 60 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(c) 

0 % sa 40 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;

(d) 

0 % sa 20 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017

Artikolu 481 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu2, il-perċentwal applikabbli għandu jaqa’ bejn 0 % u 50 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 481 5.
Għal kull filtru jew tnaqqis imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw il-perċentwali applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafi 3 u 4;
Artikolu 481 6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-aġġustamenti fil-fondi proprji, jew elementi minnhom, skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE li mhumiex inklużi fil-Parti Tnejn ta' dan ir-Regolament għandhomx, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, isiru għall-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, għall-elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali, għall-elementi ta' Grad 1, għall-elementi ta' Grad 2 jew għall-fondi proprji.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit