+Artikolu 490 Elementi ta' Grad 2 b’inċentiv ta’ fidi
---+Artikolu 490 1.
---+Artikolu 490 2.
---+Artikolu 490 3.
---+Artikolu 490 4.
---+Artikolu 490 5.
---+Artikolu 490 6.

Artikolu 490 Elementi ta' Grad 2 b’inċentiv ta’ fidi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 490 1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (f) jew (h) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE u li jinkludu fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom sejħa b’inċentiv sabiex jiġu mifdija mill-istituzzjoni ►C2  għandhom ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu. ◄
Artikolu 490 2.

L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sakemm:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel l-1 ta’ Jannar 2013 biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;

(c) 

mill-1 ta’ Jannar 2013 jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63.

Artikolu 490 3.

L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 484(5) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u wara dik id-data għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mingħajr limitu, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

Artikolu 490 4.

L-elementi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mill-1 ta' Jannar 2014 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi bejn il-31 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013 biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

Artikolu 490 5.

L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(5) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 wara dik id-data, meta:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tagħhom;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

Artikolu 490 6.

L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 484(5) meta:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2011 biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit