|
+Artikolu 494d Riversjoni għal approċċi inqas sofistikati |
Artikolu 494d Riversjoni għal approċċi inqas sofistikatiArtikolu 494d Riversjoni għal approċċi inqas sofistikati B'deroga mill-Artikolu 149, mid-9 ta’ Lulju 2024 sal-10 ta’ Lulju 2027, istituzzjoni tista' terġa' lura għal approċċi inqas sofistikati għal waħda jew aktar mill-klassijiet tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 147(2), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni kienet diġà teżisti fit-8 ta’ Lulju 2024 u kienet awtorizzata mill-awtorità kompetenti tagħha biex tittratta dawk il-klassijiet tal-iskoperturi skont l-Approċċ IRB;
(b)
l-istituzzjoni titlob riversjoni għal approċċ inqas sofistikat darba biss matul dak il-perjodu ta' tliet snin;
(c)
it-talba għar-riversjoni għal approċċ inqas sofistikat ma ssirx bil-ħsieb ta' involviment f'arbitraġġ regolatorju;
(d)
l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti formalment li tixtieq riversjoni għal approċċ inqas sofistikat għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi mill-anqas sitt xhur qabel ma effettivament tagħmel riversjoni għal dak l-approċċ;
(e)
l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat għat-talba tal-istituzzjoni għal tali riversjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-punt (d). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|