+Artikolu 495d Arranġamenti tranżizzjonali għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet
---+Artikolu 495d 1.
---+Artikolu 495d 2.
|
Artikolu 495d Arranġamenti tranżizzjonali għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 495d 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 111(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ fil-forma ta' impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet billi jimmultiplikaw il-perċentwal previst f'dak l-Artikolu bil-fatturi li ġejjin:
(a)
0 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029;
(b)
25 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2030 sal-31 ta' Diċembru 2030;
(c)
50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2031 sal-31 ta' Diċembru 2031;
(d)
75 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2032 sal-31 ta' Diċembru 2032.
|
|
Artikolu 495d 2.
|
L-EBA għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk id-deroga msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhiex tiġi estiża lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2032 u li jispeċifika, fejn ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet li skonthom jenħtieġ li tinżamm dik id-deroga. L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028. Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS u l-impatt ta' dawk l-istandards fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|