+Artikolu 500 Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira
---+Artikolu 500 1.
---+Artikolu 500 2.
---+Artikolu 500 3.
|
Artikolu 500 Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 500 1.
|
B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 181(1), istituzzjoni tista' taġġusta l-istimi tagħha tal-LGD billi tpaċi parzjalment jew għalkollox l-effett ta' disponimenti fuq skala kbira ta' skoperturi inadempjenti fuq LGDs realizzati sad-differenza bejn il-medja tal-istimi tal-LGD għal skoperturi inadempjenti komparabbli li jkunu għadhom ma ġewx likwidati b'mod finali u l-medja tal-LGDs realizzati inkluż abbażi tat-telf realizzat minħabba d-disponimenti fuq skala kbira, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bi pjan li jipprovdi l-iskala, il-kompożizzjoni u d-dati tad-disponimenti tal-iskoperturi inadempjenti;
▼M17
(b)
id-dati tal-ċessjonijiet ta' skoperturi inadempjenti jkunu wara t-23 ta' Novembru 2016 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024;
▼C8
(c)
l-ammont kumulattiv tal-iskoperturi inadempjenti disposti minn wara d-data tal-ewwel disponiment f’konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi inadempjenti kollha mid-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).
L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sal-31 ta' Diċembru 2024 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess.
|
|
Artikolu 500 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien meta tkun intlaħqet il-kondizzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 500 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2026, u kull sentejn wara dan, tivvaluta jekk il-livell ta' skoperturi inadempjenti fil-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ikunx żdied b'mod sinifikanti, jekk tkunx qed tistenna deterjorament sinifikanti fil-kwalità tal-assi tal-istituzzjonijiet, u jekk il-grad ta' żvilupp tas-swieq sekondarji għal skoperturi inadempjenti jkunx adegwat biex jiżgura ċessjonijiet effiċjenti ta' skoperturi inadempjenti mill-istituzzjonijiet, filwaqt li tqis ukoll l-iżviluppi regolatorji dwar it-titolizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-adegwatezza tad-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 u għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi estiż, introdott mill-ġdid jew emendat, kif meħtieġ, l-aġġustament previst f'dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|