+Artikolu 501 Aġġustament ta' skoperturi ponderati għar-riskju li mhumiex inadempjenti ta' SMEs
---+Artikolu 501 1.
---+Artikolu 501 2.

Artikolu 501 Aġġustament ta' skoperturi ponderati għar-riskju li mhumiex inadempjenti ta' SMEs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 501 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi mhux inadempjenti għal SME (RWEA), li jiġu kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, f'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

RWEA*

=

ir-RWEA aġġustata b'fattur ta' appoġġ ta' SME; u

▼C8

E* hija waħda mis-segwenti:

=

(a) 

l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta’ dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta’ pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti ggarantiti fuq kollateral ta’ proprjetà, mill-SME jew il-grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME;

(b) 

fejn l-ammont totali msemmi fil-punt (a) huwa ugwali għal 0, l-ammont tal-pretensjonijiet jew tal-pretensjonijiet kontinġenti kontra l-SME jew il-grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME li huma ggarantiti fuq kollateral ta’ proprjetà residenzjali u li huma esklużi mill-kalkolu tal-ammont totali msemmi f’dak il-punt.

▼M8

Artikolu 501 2.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

▼M17

(a) 

l-iskopertura għal SME għandha tiġi inkluża jew fil-livell tal-konsumatur jew fil-korporattivi jew tkun garantita permezz ta' ipoteki fuq klassijiet tal-iskoperturi għal proprjetà immobbli iżda bl-esklużjoni tal-iskoperturi ADC;

(b) 

SME għandu jkollha t-tifsira stabbilita fl-Artikolu 5, il-punt (9);

▼M8

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiddeterminaw b'mod korrett E* u jiksbu l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit