|
+Artikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital |
Artikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapitalArtikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ABE, mal-BERS u mal-Istati Membri, u billi tikkunsidra l-opinjoni tal-BĊE, għandha tissorvelja b’mod perijodiku jekk dan ir-Regolament sħiħ, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE għandux effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tikkunsidra jekk humiex ġustifikati xi miżuri ta’ rimedju. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni jekk il-metodoloġiji tal-istituzzjonijiet skont l-Approċċ IRB għandhomx jikkonverġu bil-għan li jinkisbu rekwiżiti tal-kapital aktar komparabbli filwaqt li tiġi mitigata l-proċikliċità u kif dan jista’ jseħħ. Ibbażata fuq dik l-analiżi u billi tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-BĊE, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Kontribuzzjonijiet minn partijiet ta’ teħid ta’ kreditu u dawk ta’ self ta’ kreditu għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod adegwat meta jitfassal ir-rapport. Sal-31 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1)(c) u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq. Fir-rigward tat-tħassir potenzjali tal-Artikolu 33(1)(c) u l-applikazzjoni potenzjali tiegħu fil-livell tal-Unjoni, l-analiżi għandha b'mod partikolari tiżgura li jkunu fis-seħħ salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|