+TITOLU II RAPPORTI U ANALIŻI
---+Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali
------+Artikolu 501c 1.
------+Artikolu 501c 2.
---+Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi
------+Artikolu 501d 1.
------+Artikolu 501d 2.
------+Artikolu 501d 3.
------+Artikolu 501d 4.
------+Artikolu 501d 5.
------+Artikolu 501d 6.
---+Artikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital
---+Artikolu 503 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
------+Artikolu 503 1.
------+Artikolu 503 2.
------+Artikolu 503 3.
------+Artikolu 503 4.
---+Artikolu 504 Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
---+Artikolu 504a Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 505 Rieżami tal-finanzjament agrikolu
------+Artikolu 505 1.
------+Artikolu 505 2.
------+Artikolu 505 3.
---+Artikolu 506 Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu
---+Artikolu 506a CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro
---+Artikolu 506b Titolizzazzjonijiet tal-NPE
------+Artikolu 506b 1.
------+Artikolu 506b 2.
---+Artikolu 506c Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu
---+Artikolu 506d Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni
------+Artikolu 506d 1.
------+Artikolu 506d 2.
------+Artikolu 506d 3.
---+Artikolu 506e Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima
------+Artikolu 506e 1.
------+Artikolu 506e 2.
---+Artikolu 506f Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
---+Artikolu 507 Skoperturi kbar
------+Artikolu 507 1.
------+Artikolu 507 2.
---+Artikolu 508 Livell ta' applikazzjoni
---+Artikolu 509 Rekwiżiti ta' likwidità
------+Artikolu 509 1.
------+Artikolu 509 2.
------+Artikolu 509 3.
------+Artikolu 509 4.
------+Artikolu 509 5.
---+Artikolu 510 Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett
------+Artikolu 510 1.
------+Artikolu 510 2.
------+Artikolu 510 3.
------+Artikolu 510 4.
------+Artikolu 510 5.
------+Artikolu 510 6.
------+Artikolu 510 9.
------+Artikolu 510 10.
------+Artikolu 510 11.
---+Artikolu 511 Lieva finanzjarja
------+Artikolu 511 1.
------+Artikolu 511 2.
---+Artikolu 512 Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit
---+Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali
------+Artikolu 513 1.
------+Artikolu 513 2.
---+Artikolu 514 Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi
------+Artikolu 514 1.
------+Artikolu 514 2.
---+Artikolu 515 Monitoraġġ u evalwazzjoni
------+Article 515 1.
------+Artikolu 515 2.
------+Artikolu 515 3.
---+Artikolu 516 Finanzjament fit-tul
---+Artikolu 517 Definizzjoni tal-kapital eliġibbli
---+Artikolu 518 Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà
---+Artikolu 518a Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta
---+Artikolu 518b Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet
---+Artikolu 518c Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali
---+Article 519 Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 519a Rapportar u rieżami
---+Artikolu 519b Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
------+Artikolu 519b 1.
------+Artikolu 519b 2.
|
TITOLU II RAPPORTI U ANALIŻI
TITOLU II RAPPORTI U ANALIŻI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali
|
-
|
|
Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi
|
-
|
|
Artikolu 502 Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital
|
Artikolu 502
Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ABE, mal-BERS u mal-Istati Membri, u billi tikkunsidra l-opinjoni tal-BĊE, għandha tissorvelja b’mod perijodiku jekk dan ir-Regolament sħiħ, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE għandux effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tikkunsidra jekk humiex ġustifikati xi miżuri ta’ rimedju. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni jekk il-metodoloġiji tal-istituzzjonijiet skont l-Approċċ IRB għandhomx jikkonverġu bil-għan li jinkisbu rekwiżiti tal-kapital aktar komparabbli filwaqt li tiġi mitigata l-proċikliċità u kif dan jista’ jseħħ.
Ibbażata fuq dik l-analiżi u billi tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-BĊE, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Kontribuzzjonijiet minn partijiet ta’ teħid ta’ kreditu u dawk ta’ self ta’ kreditu għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod adegwat meta jitfassal ir-rapport.
Sal-31 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1)(c) u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq.
Fir-rigward tat-tħassir potenzjali tal-Artikolu 33(1)(c) u l-applikazzjoni potenzjali tiegħu fil-livell tal-Unjoni, l-analiżi għandha b'mod partikolari tiżgura li jkunu fis-seħħ salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha.
|
|
Artikolu 503 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
|
-
|
|
Artikolu 504 Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
|
Artikolu 504
Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2016, wara li tikkonsulta lill-ABE, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti xierqa, jekk it-trattament stabbilit fl-Artikolu 31 jeħtiġx jiġi emendat jew imneħħi.
|
|
Artikolu 504a Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
|
Artikolu 504a
Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Sat-28 ta' Ġunju 2022 l-ABE għandha tagħti rapport lill-Kummissjoni dwar l-ammonti u d-distribuzzjoni tal-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fost l-istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs jew O-SIIs u dwar l-impedimenti potenzjali għar-riżoluzzjoni u r-riskju ta' kontaġju fir-rigward ta' dawk il-holdings.
Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trattament adatt ta' tali holdings, akkumpanjat minn proposta leġislattiva, fejn ikun adatt.
|
|
Artikolu 505 Rieżami tal-finanzjament agrikolu
|
-
|
|
Artikolu 506 Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu
|
Artikolu 506
Riskju ta' kreditu – assigurazzjoni ta' kreditu
Sat-30 ta' Ġunju 2024, l-EBA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EIOPA, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà u l-użu tal-polza tal-assigurazzjoni ta' kreditu bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu, inkluż dwar:
(a)
l-adegwatezza tal-parametri tar-riskju assoċjati msemmija fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitoli 3 u 4;
(b)
analiżi tal-livell ta' riskju effettiv u osservat tal-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu meta assigurazzjoni ta' kreditu tkun ġiet rikonoxxuta bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu;
(c)
il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi skont il-punti (a) u (b).
Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2024 biex temenda t-trattament applikabbli għall-assigurazzjoni ta' kreditu msemmi fil-Parti Tlieta, it-Titolu II.
|
|
Artikolu 506a CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro
|
Artikolu 506a
CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS u l-EBA, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport sal-31 ta’ Diċembru 2021 li fih għandha tivvaluta jekk humiex meħtieġa bidliet fil-qafas regolatorju biex jiġi promoss is-suq, u x-xiri mill-banek, tal-iskoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIUs b’portafoll sottostanti li jikkonsisti esklussivament f’bonds sovrani tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, meta l-piż relattiv tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fil-portafoll totali tas-CIU jkun ugwali għall-piż relattiv tal-kontribuzzjoni kapitali ta’ kull Stat Membru lill-BĊE.
|
|
Artikolu 506b Titolizzazzjonijiet tal-NPE
|
-
|
|
Artikolu 506c Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu
|
Artikolu 506c
Riskju ta' kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-parametri tar-riskju ta' kreditu
Sal-31 ta' Diċembru 2026, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konsistenza bejn il-kejl attwali tar-riskju ta' kreditu u l-parametri individwali tar-riskju ta' kreditu u dwar it-trattament ta' kwalunkwe aġġustament għall-fini tal-komputazzjoni tan-nuqqas tal-IRB jew l-eċċess tal-IRB kif imsemmi fl-Artikolu 159, u dwar il-konsistenza tagħha mad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 166 u mal-istima tal-LGD.
Dak ir-rapport għandu jqis it-telf ekonomiku massimu possibbli li jirriżulta minn avveniment ta' inadempjenza flimkien mal-kopertura miksuba tiegħu f'termini ta' tnaqqis tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis tal-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 ibbażat fuq il-kontabilità, inkluż minn telf ta' kreditu mistenni jew minn aġġustamenti fil-valur ġust, u kwalunkwe skont fuq l-iskoperturi riċevuti, u l-implikazzjonijiet tagħhom għat-tnaqqis regolatorju.
|
|
Artikolu 506d Trattament prudenzjali ta' titolizzazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 506e Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima
|
-
|
|
Artikolu 506f Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
|
Artikolu 506f
Trattament prudenzjali tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-qafas il-ġdid għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji attribwiti għat-tranżazzjonijiet korrispondenti ta' finanzjament tat-titoli li min-natura tagħhom huma attivitajiet fuq terminu qasir ħafna, b'enfasi partikolari fuq l-impatt possibbli tiegħu fuq is-swieq tad-dejn sovran b'mod partikolari f'termini tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tas-suq u l-ispiża.
L-EBA għandha tivvaluta jekk rikalibrar tal-piżijiet tar-riskju assoċjati fl-approċċ standardizzat tkunx xierqa, minħabba r-riskji assoċjati fir-rigward ta' maturitajiet ta' terminu qasir, speċifikament għal maturitajiet residwi ta' inqas minn sena.
Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.
|
|
Artikolu 507 Skoperturi kbar
|
-
|
|
Artikolu 508 Livell ta' applikazzjoni
|
Artikolu 508
1.
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirraporta dwar l-applikazzjoni tal-Parti Wieħed, it-Titolu II, u l-Artikolu 113(6) u (7) u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkine ma' proposta leġislattiva jekk xieraq.
▼M9 —————
▼B
|
|
Artikolu 509 Rekwiżiti ta' likwidità
|
-
|
|
Artikolu 510 Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett
|
-
|
|
Artikolu 511 Lieva finanzjarja
|
-
|
|
Artikolu 512 Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit
|
Artikolu 512
Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Parti Ħamsa fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq internazzjonali.
|
|
Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali
|
-
|
|
Artikolu 514 Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi
|
-
|
|
Artikolu 515 Monitoraġġ u evalwazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 516 Finanzjament fit-tul
|
Artikolu 516
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament dwar l-inkoraġġiment ta' investimenti fit-tkabbir fit-tul li jippromwovu l-infrastruttura sal-31 ta’ Diċembru 2015.
|
|
Artikolu 517 Definizzjoni tal-kapital eliġibbli
|
Artikolu 517
Definizzjoni tal-kapital eliġibbli
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-kapital eliġibbli applikata għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn u l-Parti Erbgħa u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva.
|
|
Artikolu 518 Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà
|
Artikolu 518
Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar jekk dan ir-Regolament għandux ikun fih rekwiżit li strumenti tal-kapital tal-Grad 1 jew Grad 2 Addizzjonali għandhom jiġu sottoskritti fil-każ li jiġi determinat li istituzzjoni m'għadhiex vijabbli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, fejn adatt.
|
|
Artikolu 518a Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta
|
Artikolu 518a
Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta
Sat-28 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tivvaluta jekk ikunx adatt rekwiżit li obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament mingħajr ma jiġu skattati klawżoli ta' inadempjenza indiretta f'kuntratti oħra, bil-ħsieb li kemm jista' jkun tissaħħaħ l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u jiġi valutat jekk għandhiex tkun inkluża dispożizzjoni ta' ebda inadempjenza indiretta li tirreferi għal obbligazzjonijiet eliġibbli fit-termini jew il-kuntratti li jirregolaw obbligazzjonijiet oħra. Fejn adatt, dik l-analiżi u l-valutazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġislattiva.
|
|
Artikolu 518b Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet
|
Artikolu 518b
Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw disturb ekonomiku serju fil-funzjonament regolat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jiġġustifikawx li:
(a)
matul tali perijodi, l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jeskludu mill-mudelli interni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet il-qabżiet fil-valur li ma jirriżultawx minn nuqqasijiet f’dawk il-mudelli;
(b)
matul tali perijodi, jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri ulterjuri, jekk xieraq.
|
|
Artikolu 518c Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali
|
Artikolu 518c
Rieżami tal-qafas għar-rekwiżiti prudenzjali
Sal-31 ta' Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tas-sistema bankarja fis-suq uniku, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-BĊE, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-oqfsa regolatorji u superviżorji tal-Unjoni għas-settur bankarju.
Dak ir-rapport għandu jqis ir-riformi fis-settur bankarju li seħħew wara l-kriżi finanzjarja l-kbira u jivvaluta jekk dawn jiżgurawx livell adegwat ta' protezzjoni tad-depożitanti u jissalvagwardjawx l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri, tal-unjoni bankarja u tal-Unjoni.
Dak ir-rapport għandu jqis ukoll id-dimensjonijiet kollha tal-unjoni bankarja, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-minimu tal-output bħala parti mir-rekwiżiti tal-kapital u tal-likwidità b'mod aktar ġenerali. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif xieraq id-dikjarazzjonijiet u l-konklużjonijiet korrispondenti dwar l-unjoni bankarja kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill Ewropew.
|
|
Article 519 Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
|
Article 519
Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
Sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-ABE għandha tħejji rapport dwar jekk l-ISA 19 rivedut, flimkien mat-tnaqqis tal-assi netti tal-pensjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 36(1)(e) u bidliet fil-passivi netti tal-pensjonijiet iwasslux għal volatilità indebita tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet.
B'kont meħud tar-rapport tal-ABE, il-Kummissjoni għandha tħejji sal-31 ta’ Diċembru 2014, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk xieraq, għall-introdizzjoni ta' trattament li jaġġusta l-assi u l-passivi netti tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti għall-kalkolu tal-fondi proprji.
|
|
Artikolu 519a Rapportar u rieżami
|
Artikolu 519a
Sa l-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:
(a)
l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 254 u tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 258 sa 266 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;
(b)
l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b’fokus partikolari fuq spekulazzjoni potenzjali fuq is-suq tal-proprjetà immobbli u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;
(c)
liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqas u jingħeleb kwalunkwe effett negattiv ta’ titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li jinżamm l-effett pożittiv tagħha fuq il-finanzjament, inkluż l-introduzzjoni possibbli ta’ limitu massimu fuq l-iskopertura għat-titolizzazzjonijiet; u
(d)
l-effetti fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu mezz ta’ finanzjament sostenibbli u stabbli għall-ekonomija reali, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs; u
▼M13
(e)
il-mod kif il-kriterji tas-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jiġu integrati fil-qafas tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-iskoperturi għal titolizzazzjonijiet NPE.
▼M5
Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-iżviluppi regolatorji f’fora internazzjonali, b’mod partikolari dawk marbutin mal-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 519b Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|