L-ABE għandha timmonitorja l-użu tal-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 390(6), il-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 400(1), il-punt (a) u l-punti (c) sa (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 400(2) u sat-28 ta' Ġunju 2021 tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta l-impatt kwantitattiv li jkollha t-tneħħija ta' dawk l-eżenzjonijiet jew l-istabbiliment ta' limitu fuq l-użu tagħhom. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, għal kull eżenzjoni prevista f'dawk l-Artikoli:
(a)
in-numru ta' skoperturi kbar eżenti f'kull Stat Membru;
(b)
in-numru ta' istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill-eżenzjoni f'kull Stat Membru;
(c)
l-ammont aggregat ta' skoperturi eżentati f'kull Stat Membru.