|
+Artikolu 519a Rapportar u rieżami |
Artikolu 519a Rapportar u rieżamiArtikolu 519a Rapportar u rieżami Sa l-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:
(a)
l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 254 u tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 258 sa 266 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;
(b)
l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b’fokus partikolari fuq spekulazzjoni potenzjali fuq is-suq tal-proprjetà immobbli u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;
(c)
liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqas u jingħeleb kwalunkwe effett negattiv ta’ titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li jinżamm l-effett pożittiv tagħha fuq il-finanzjament, inkluż l-introduzzjoni possibbli ta’ limitu massimu fuq l-iskopertura għat-titolizzazzjonijiet; u
(d)
l-effetti fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu mezz ta’ finanzjament sostenibbli u stabbli għall-ekonomija reali, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs; u
(e)
il-mod kif il-kriterji tas-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jiġu integrati fil-qafas tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-iskoperturi għal titolizzazzjonijiet NPE. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-iżviluppi regolatorji f’fora internazzjonali, b’mod partikolari dawk marbutin mal-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|