+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

Elementi soġġetti għal rappurtar supplimentari ta’ assi likwidi

1. Flus.

2. Skoperturi tal-bank ċentrali, sakemm dawn l-iskoperturi jkunu jistgħu jinġibdu fi żminijiet ta’ stress.

3. Titoli trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew inkella pretensjonijiet iggarantiti minn sovrani, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex tal-gvern ċentrali, reġjuni b'awtonomija fiskali li jimponu u jiġbru taxxi u awtoritajiet lokali, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Unjoni Ewropea, il-European Financial Stability Facility, the European Stability Mechanism jew banek ta’ żvilupp multilaterali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2, Titolu II tal-PartiTlieta;

▼M9

(b) 

mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

▼B

4. Titoli trasferibbli għajr dawk imsemmija fil-punt 3 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew inkella garantiti minn sovrani jew banek ċentrali maħruġa f’muniti nazzjonali mis-sovran jew mill-bank ċentrali fil-munita u l-pajjiż li fih jittieħed ir-riskju ta’ likwidità jew jinħareġ f’muniti barranin, safejn il-holding ta’ tali dejn jilħaq il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-operazzjonijiet tal-bank f’dak il-pajjiż terz.

5. Titoli trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew pretensjonijiet garantiti minn sovrani, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex tal-gvern ċentrali, reġjuni b'awtonomija fiskali li jimponu u jiġbru taxxi u awtoritajiet lokali, jew banek ta’ żvilupp multilaterali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a) 

huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 20 % skont il-Kapitolu 2, Titolu II tal-PartiTlieta;

▼M9

(b) 

mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

▼B

6. Sigurtajiet trasferibbli għajr dawk imsemmija fil-punti 3, 4 u 5 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 20 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2, Titolu II, Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bħala li jkollhom kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u li jilħqu kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M9

(a) 

ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħha;

▼B

(b) 

huma bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5);

▼M10

(c) 

huma bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/… għajr dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-punt.

▼M9

7. Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 6 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 50 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bi kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħhom;

▼B

8. Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 7 li huma kollateralizzati bħala assi li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 35 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2, Titolu II, Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bħala li jkollhom kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u li huma garantiti għalkollox b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 125.

9. Faċilitajiet ta' kreditu ta' riżerva mogħtija minn banek ċentrali fl-ambitu tal-politika monetarja sal-punt li dawn il-faċilitajiet ma jiġux kollateralizzati minn assi likwidi u eskluża l-assistenza ta' likwidità ta' emergenza

10. Depożiti minimi legali jew statutorji mal-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali u finanzjament likwidu disponibbli kuntrattwalment jew statutorju ieħor mill-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew istituzzjonijiet li huma membri tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 113(7), jew eliġibbli għar-rinunzja prevista fl-Artikolu 10, sa fejn dan il-finanzjament ma jiġix kollateralizzat minn assi likwidi, jekk l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni lil netwerk skont dispożizzjonijiet legali jew statutorji,

▼M9

11. Azzjonijiet ta' ekwità komuni skambjati fuq borża u kklerjati ċentralment, li huma kostitwent ta' indiċi ta' borża ewlieni, denominati fil-munita domestika tal-Istat Membru u mhux maħruġin minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tagħha.

▼B

12. Id-deheb ikkwotat fuq borża rikonoxxuta, miżmum fuq bażi ta' allokazzjoni.

L-elementi kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-punti 1, 2 u 9 iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huma negozjati fi ftehimiet sempliċi ta’ xiri mill-ġdid jew fi swieq tal-flus ikkaratterizzati minn livell baxx ta’ konċentrazzjoni;

(b) 

għandhom rekord ipprovat bħala sors affidabbli ta’ likwidità jew permezz ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew permezz ta’ bejgħ anki matul kondizzjonijiet ta’ stress tas-suq;

(c) 

ikunu ħielsa minn ipoteki.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit