+Artikolu 11 Għoti ta’ awtorizzazzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.

Artikolu 11 Għoti ta’ awtorizzazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 1(1) u għajr persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33, li biħsiebhom jipprovdu servizzi ta’ pagament, jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament qabel jibdew jipprovdu servizzi ta’ pagament. Awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lil persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.
Artikolu 11 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-informazzjoni u l-evidenza li jakkumpanjaw l-applikazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 u jekk il-valutazzjoni ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu skrutinizzaw l-applikazzjoni, tkun favorevoli. Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta rilevanti, jikkonsultaw lill-bank ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħra.
Artikolu 11 3.
Istituzzjoni ta’ pagament li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha hija rikjesta li jkollha uffiċċju reġistrat, għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha u għandha twettaq tal-inqas parti min-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament hemmhekk.
Artikolu 11 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament, l-istituzzjoni ta’ pagament għandha arranġamenti ta’ governanza robusti għan-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament, li jinkludi struttura organizzattiva ċara b’linji definiti sew, trasparenti u konsistenti ta’ responsabbiltà, proċeduri effettivi għall-identifikazzjoni, il-maniġġar, l-osservazzjoni u r-rappurtar tar-riskji li hi jew li tista’ tkun esposta għalihom, u mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u ta’ kontabbiltà sodi; dawk l-arranġamenti, il-proċeduri u l-mekkaniżmi għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta’ pagament ipprovduti mill-istituzzjoni ta’ pagament.
Artikolu 11 5.
Meta istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punti (1) sa (7) tal-Anness I u, fl-istess ħin, hija involuta f’attivitajiet oħrajn ta’ negozju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu l-istabbiliment ta’ entità separata għan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament, meta l-attivitajiet ta’ servizzi mhux ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jagħmlu ħsara jew x’aktarx jagħmlu ħsara jew lis-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament jew lill-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-obbligi kollha stabbiliti minn din id-Direttiva.
Artikolu 11 6.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni jekk, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-adegwatezza tal-azzjonisti jew ta’ membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikata.
Artikolu 11 7.
Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjoni ta’ pagament u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif definiti fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jimpedixxux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.
Artikolu 11 8.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregola persuna waħda jew aktar, fiżika jew ġuridika, li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.
Artikolu 11 9.
L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha u għandha tippermetti li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata tipprovdi s-servizzi ta’ pagament li huma koperti mill-awtorizzazzjoni fl-Unjoni kollha, skont il-libertà li jingħataw servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit