+Artikolu 15 Reġistru tal-EBA
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 Reġistru tal-EBA
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-EBA għandha tiżviluppa, topera u żżomm reġistru ċentrali elettroniku li jkun fih l-informazzjoni kif notifikata mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2. L-EBA għandha tkun responsabbli għal preżentazzjoni preċiża ta’ dik l-informazzjoni. L-EBA għandha tagħmel ir-reġistru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Internet tagħha, u għandha tippermetti aċċess faċli u tfittxija faċli għall-informazzjoni elenkata, mingħajr ħlas.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-EBA bl-informazzjoni mdaħħla fir-reġistri pubbliċi tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 14 b’lingwa li tintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-eżattezza tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 u biex iżommu dik l-informazzjoni aġġornata.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi dwar l-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tar-reġistru elettroniku ċentrali u dwar l-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fih. Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jiżguraw li l-modifika tal-informazzjoni tkun possibbli biss mill-awtorità kompetenti u l-EBA. L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 15 5.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar id-dettalji u l-istruttura tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata skont il-paragrafu 1, inklużi l-format komuni u l-mudell li bih din l-informazzjoni tiġi pprovduta. L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Lulju 2017. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|