+Artikolu 18 Attivitajiet
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
|
Artikolu 18 Attivitajiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandu jkollhom id-dritt li jkunu involuti fl-attivitajiet li ġejjin:
(a)
il-forniment ta’ servizzi operattivi u servizzi anċillari relatati mill-qrib bħall-iżgurar tal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, servizzi tal-kambju ta’ valuta, attivitajiet ta’ salvagwardja, u l-ħażna u l-ipproċessar ta’ data;
(b)
it-tħaddim ta’ sistemi ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35;
(c)
attivitajiet ta’ negozju minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, b’kont meħud tal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Fejn l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinvolvu ruħhom fil-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar ta’ pagament, jistgħu jżommu biss kontijiet ta’ pagament li jintużaw esklużivament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Kwalunkwe fond riċevut minn istituzzjonijiet ta’ pagament mingħand utenti ta’ servizzi ta’ pagament, bil-ħsieb ta’ forniment ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew flus elettroniċi kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-istituzzjonijiet ta’ pagament jistgħu jagħtu kreditu relatat ma’ servizzi ta’ pagament kif imsemmija fil-punt (4) jew (5) tal-Anness I biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a)
il-kreditu għandu jkun anċillari u jingħata esklużivament b’konnessjoni mal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;
(b)
minkejja r-regoli nazzjonali dwar il-forniment ta’ kreditu permezz ta’ kards tal-kreditu, il-kreditu mogħti b’konnessjoni ma’ pagament u mwettaq skont l-Artikolu 11(9) u l-Artikolu 28 għandu jitħallas lura f’perijodu qasir li fl-ebda każ ma għandu jaqbeż it-12-il xahar;
(c)
tali kreditu ma għandux jingħata minn fondi riċevuti jew miżmuma għall-fini tal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;
(d)
il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom f’kull ħin u għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet superviżorji jkunu adatti fir-rigward tal-ammont ġenerali ta’ kreditu mogħti.
|
|
Artikolu 18 5.
|
L-istituzzjonijiet ta’ pagament ma għandhomx iwettqu n-negozju li jieħdu depożiti jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 18 6.
|
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE jew liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|