+Artikolu 22 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.

Artikolu 22 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
L-Istati Membri għandhom jaħtru bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu ser iwettqu d-dmirijiet previsti taħt dan it-Titolu jew awtoritajiet pubbliċi, jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom espressament is-setgħa għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu l-indipendenza minn korpi ekonomiċi u jevitaw kunflitti ta’ interess. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, jew istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro (post office giro institutions) ma għandhomx jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, kif meħtieġ.

Artikolu 22 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ikollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Artikolu 22 3.
L-Istati Membri li fit-territorji tagħhom hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib biex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv. L-istess japplika f’każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu mhumiex l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Artikolu 22 4.
Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti maħtura taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
Artikolu 22 5.
Il-paragrafu 1 ma għandux jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jissorveljaw l-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ pagament għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit