Artikolu 22 1.
L-Istati Membri għandhom jaħtru bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu ser iwettqu d-dmirijiet previsti taħt dan it-Titolu jew awtoritajiet pubbliċi, jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom espressament is-setgħa għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu l-indipendenza minn korpi ekonomiċi u jevitaw kunflitti ta’ interess. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, jew istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro (post office giro institutions) ma għandhomx jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, kif meħtieġ.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|