+Artikolu 23 Superviżjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.

Artikolu 23 Superviżjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli li jeżerċitaw l-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità kontinwa ma’ dan it-Titolu jkunu proporzjonati, adegwati u responsivi għar-riskji li għalihom ikunu esposti l-istituzzjonijiet ta’ pagament.

Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, ikunu intitolati jieħdu l-passi li ġejjin:

(a) 

jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità filwaqt li tispeċifika l-iskop tat-talba, kif adatt, u l-limitu taż-żmien sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;

(b) 

iwettqu spezzjonijiet fil-post tal-istituzzjoni ta’ pagament, ta’ kwalunkwe aġent jew fergħa li tforni servizzi ta’ pagament taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew ta’ kwalunkwe entità li lilha jiġu esternalizzati l-attivitajiet;

(c) 

joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u, jekk applikabbli, dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti;

(d) 

jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 13.

Artikolu 23 2.
Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, jistgħu, bħal kontra l-istituzzjonijiet ta’ pagament jew dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li jiksru liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew is-segwitu tan-negozju tagħhom ta’ servizzi ta’ pagament, jadottaw jew jimponu fir-rigward tagħhom penali jew miżuri mmirati b’mod speċifiku biex itemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur.
Artikolu 23 3.
Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1) u (2) u l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu intitolati jieħdu l-passi deskritti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiżguraw kapital suffiċjenti għas-servizzi ta’ pagament, b’mod partikolari fejn l-attivitajiet ta’ servizzi mhux ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jagħmlu ħsara jew x’aktarx li jagħmlu ħsara lis-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit