+Artikolu 28 Applikazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.

Artikolu 28 Applikazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.

Kwalunkwe istituzzjoni ta’ pagament awtorizzata li tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament għall-ewwel darba fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:

(a) 

l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta’ awtorizzazzjoni, tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(b) 

l-Istat(i) Membru/i fejn biħsiebha topera;

(c) 

is-servizzi(i) ta’ pagament li għandhom jiġu pprovduti;

(d) 

fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn aġent, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1);

(e) 

fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn fergħa, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 5(1) fir-rigward tan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, deskrizzjoni tal-istruttura organizzativa tal-fergħa u l-identità ta’ dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.

Fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha testernalizza funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament lil entitajiet oħra tal-Istat Membru ospitanti, hi għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, skont il-ħtieġa.

Artikolu 28 2.
Fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jivvalutaw dik l-informazzjoni u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju l-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-forniment maħsub ta’ servizzi ta’ pagament mill-istituzzjoni ta’ pagament rilevanti fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju partikolarment bi kwalunkwe bażi raġonevoli ta’ tħassib, b’rabta mal-intenzjoni ta’ ingaġġ ta’ aġent jew istabbiliment fir-rigward ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroriżmu skont it-tifsira tad-Direttiva(UE) 2015/849.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ma jsegwux l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jipprovdu lil dawn tal-aħħar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

Jekk l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, partikolarment fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, ma tkunx favorevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tirrifjuta li tirreġistra l-aġent jew il-fergħa jew għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni, jekk din tkun diġà saret.

Artikolu 28 3.
Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-istituzzjoni ta’ pagament.

Malli jiddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14, l-aġent jew il-fergħa jistgħu jibdew bl-attivitajiet tagħhom fl-IstatMembru ospitanti rilevanti.

L-istituzzjoni ta’ pagament għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju bid-data ta’ meta jkunu ser jinbdew l-attivitajiet tagħha permezz tal-aġent jew il-fergħa fl-Istat Membru ospitanti rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif meħtieġ.

Artikolu 28 4.
L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn kwalunkwe bidla rilevanti b’rabta mal-informzzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi aġenti, fergħat jew entitajiet addizzjonali li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet fl-Istati Membri ospitanti fejn joperaw. Għandha tapplika l-proċedura provduta fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 28 5.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-ospitanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika l-metodu, il-mezzi u d-dettalji ta’ kooperazzjoni fin-notifika ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq bażi transkonfinali u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluża terminoloġija komuni u mudelli standard għan-notifika biex jiġi żgurat proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit