|
+Artikolu 28 1. |
Artikolu 28 1.Kwalunkwe istituzzjoni ta’ pagament awtorizzata li tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament għall-ewwel darba fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:
(a)
l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta’ awtorizzazzjoni, tal-istituzzjoni ta’ pagament;
(b)
l-Istat(i) Membru/i fejn biħsiebha topera;
(c)
is-servizzi(i) ta’ pagament li għandhom jiġu pprovduti;
(d)
fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn aġent, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1);
(e)
fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn fergħa, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 5(1) fir-rigward tan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, deskrizzjoni tal-istruttura organizzativa tal-fergħa u l-identità ta’ dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa. Fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha testernalizza funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament lil entitajiet oħra tal-Istat Membru ospitanti, hi għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, skont il-ħtieġa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|