+Artikolu 29 Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.

Artikolu 29 Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Sabiex jitwettqu l-kontrolli u jittieħdu l-passi meħtieġa previsti f’dan it-Titolu u fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV, f’konformità mal-Artikolu 100(4), fir-rigward ta’ aġent jew fergħa ta’ istituzzjoni ta’ pagament li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

Permezz ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn ikunu biħsiebhom iwettqu xi spezzjoni fuq il-post fit-territorju ta’ dan tal-aħħar.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jistgħu jiddelegaw il-kompitu tat-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 29 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkollhom aġenti jew fergħat fit-territorji tagħhom ikollhom jirrapportaw lilhom perjodikament dwar l-attivitajiet li jitwettqu fit-territorji tagħhom.

Dawn ir-rapporti għandhom ikunu meħtieġa għal finijiet ta’ informazzjoni jew statistika u, sakemm l-aġenti u l-fergħat iwettqu n-negozju ta’ servizzi ta’ pagament taħt id-dritt ta’ stabbiliment, biex jitwettaq monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV. Tali aġenti u fergħat għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 24.

Artikolu 29 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni essenzjali u/jew rilevanti kollha, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat minn aġent jew fergħa, u meta tali ksur ikun sar fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha u, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, l-informazzjoni essenzjali kollha, inkluż dwar il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 11(3).
Artikolu 29 4.
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq it-territorju tagħhom permezz ta’ aġenti taħt id-dritt ta’ stabbiliment, li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom biex jiżgura li jkun hemm komunikazzjoni u rapportar ta’ informazzjoni adegwati f’konformità mat-Titoli III u IV, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kwalunkwe dispożizzjoni dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u biex jiffaċilita s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-Istati Membri ospitanti, inkluż billi l-awtoritajiet kompetenti jingħataw dokumenti u informazzjoni fuq talba.
Artikolu 29 5.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom jiġu applikati biex jiġu ddeterminati, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, iċ-ċirkostanzi meta l-ħatra ta’ punt ċentrali ta’ kuntatt tkun xierqa, u l-funzjonijiet ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt, skont il-paragrafu 4.

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu, b’mod partikolari, iqis:

(a) 

il-volum u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri ospitanti;

(b) 

it-tip ta’ servizzi ta’ pagament ipprovduti; u

(c) 

in-numru totali ta’ aġenti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti.

L-EBA għandha tibgħat dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

Artikolu 29 6.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u mal-Istat Membru ospitanti skont dan it-Titolu u biex jitwettaq monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV. L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika l-metodu, il-mezzi u d-dettalji ta’ kooperazzjoni fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq bażi transkonfinali u, b’mod partikolari l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata, biex tiġi żgurata superviżjoni konsistenti u effiċjenti tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jeżerċitaw il-forniment transkonfinali ta’ servizzi ta’ pagament.

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika wkoll il-mezzi u d-dettalji ta’ kwalunkwe rapportar mitlub minn Stati Membri ospitanti mingħand l-istituzzjonijiet ta’ pagament fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ negozju ta’ pagament imwettqa fit-territorji tagħhom skont il-paragrafu 2, inkluża l-frekwenza ta’ dan ir-rapportar.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018.

Artikolu 29 7.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafi 5 u 6 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit