Artikolu 29 1.
Sabiex jitwettqu l-kontrolli u jittieħdu l-passi meħtieġa previsti f’dan it-Titolu u fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV, f’konformità mal-Artikolu 100(4), fir-rigward ta’ aġent jew fergħa ta’ istituzzjoni ta’ pagament li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti. Permezz ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn ikunu biħsiebhom iwettqu xi spezzjoni fuq il-post fit-territorju ta’ dan tal-aħħar. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jistgħu jiddelegaw il-kompitu tat-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|