+Artikolu 30 Miżuri f’każ ta’ nonkonformità, inklużi miżuri prekawzjonarji
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.

Artikolu 30 Miżuri f’każ ta’ nonkonformità, inklużi miżuri prekawzjonarji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti taċċerta li istituzzjoni ta’ pagament b’aġenti jew fergħat fit-territorju tiegħu ma tikkonformax ma’ dan it-Titolu jew mal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titolu III jew IV, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, wara li tkun evalwat l-informazzjoni li tkun irċeviet f’konformità mal-ewwel subparagrafu, għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu l-miżuri adegwati kollha biex tiżgura li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat.

Artikolu 30 2.
F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta tkun neċessarja azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, b’mod parallel għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet kompetenti u sakemm jittieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju kif stabbilit fl-Artikolu 29, jieħdu miżuri prekawzjonarji.
Artikolu 30 3.
Kwalunkwe miżura prekawzjonarja taħt il-paragrafu 2 għandha tkun xierqa u proporzjonata għall-fini tagħha li tipproteġi kontra theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti. Dawn ma għandhomx jirriżultaw fi preferenza għal utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti fuq utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri oħrajn.

Il-miżuri prekawzjonarji għandhom ikunu temporanji u għandhom jintemmu meta jiġi indirizzat it-theddid serju identifikat, inkluż bl-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju jew tal-EBA, jew f’kooperazzjoni magħhom, kif previst fl-Artikolu 27(1).

Artikolu 30 4.
Fejn ikun kompatibbli mas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitant għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju u dawk ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, il-Kummissjoni u l-EBA u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed, bil-miżuri prekawzjonarji meħudin taħt il-paragrafu 2 u bil-ġustifikazzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit