+Artikolu 64 Kunsens u rtirar tal-kunsens
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.

Artikolu 64 Kunsens u rtirar tal-kunsens

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tranżazzjoni ta’ pagament tiġi kkunsidrata bħala awtorizzata biss jekk il-pagatur ikun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament. Tranżazzjoni ta’ pagament tista’ tiġi awtorizzata mill-pagatur qabel jew, jekk maqbul bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.
Artikolu 64 2.
Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament jew serje ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandu jingħata fil-forma maqbula bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament jista’ jingħata wkoll permezz tal-benefiċjarju jew tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

Fin-nuqqas ta’ kunsens, tranżazzjoni ta’ pagament għandha titqies mhux awtorizzata.

Artikolu 64 3.
Il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin mill-pagatur, iżda mhux aktar tard mill-mument ta’ irrevokabbiltà skont l-Artiklu 80. Il-kunsens għal esekuzzjoni ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament jista’ wkoll jiġi rtirat, f’dak il-każ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament futura għandha titqies li mhijiex awtorizzata.
Artikolu 64 4.
Il-proċedura biex jingħata l-kunsens għandha tiġi maqbula bejn il-pagatur u l-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit