L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu, fuq it-talba ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li joħroġ strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard, jikkonferma minnufih jekk l-ammont meħtieġ biex isir pagament permezz ta’ kard ikunx disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha mniżżla hawn taħt:
(a)
il-kont ta’ pagament tal-pagatur ikun aċċessibbli online fil-ħin tat-talba;
(b)
il-pagatur ikun ta kunsens espliċitu biex il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont iwieġeb għal talbiet minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament speċifiku biex jikkonferma li l-ammont korrispondenti għal ċerta tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard ikun disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur;
(c)
il-kunsens imsemmi fil-punt (b) jeħtieġ li jingħata qabel issir l-ewwel talba għal konferma.