+Artikolu 69 Obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-istrumenti ta’ pagament u tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
|
Artikolu 69 Obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-istrumenti ta’ pagament u tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
L-utent ta’ servizzi ta’ pagament intitolat juża strument ta’ pagament għandu:
(a)
juża l-istrument ta’ pagament skont it-termini li jirregolaw il-ħruġ u l-użu tal-istrument ta’ pagament, li jridu jkunu oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati;
(b)
jgħarraf lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew lill-entità speċifikata minn dan tal-aħħar, mingħajr dewmien żejjed wara li jinduna bit-telf, serq, miżapproprjazzjoni jew użu mhux awtorizzat tal-istrument ta’ pagament.
|
|
Artikolu 69 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-utent tas-servizz ta’ pagament, b’mod partikolari, hekk kif jirċievi strument ta’ pagament, għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha biex iżomm il-kredenzjali personalizzati sikuri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|