+Artikolu 72 Evidenza tal-awtentiċità u l-esekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
|
Artikolu 72 Evidenza tal-awtentiċità u l-esekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta’ pagament tkun twettqet skorrettament, huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li għandu jagħti prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u li ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew xi difett ieħor tas-servizz provdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Jekk tinbeda tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li tiegħu huwa inkarigat.
|
|
Artikolu 72 2.
|
Meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita, l-użu ta’ strument ta’ pagament irreġistrat mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif xieraq, ma għandux fih innifsu jkun neċessarjament biżżejjed bħala prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata mill-pagatur jew li l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti jew naqas b’intenzjoni jew negliġenza serja milli jissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi skont l-Artikolu 69. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż, fejn xieraq, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għandu jipprovdi evidenza ta’ sostenn biex jagħti prova ta’ frodi jew negliġenza kbira min-naħa tal-utent ta’ servizz ta’ pagament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|