+Artikolu 72 1.
|
Artikolu 72 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta’ pagament tkun twettqet skorrettament, huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li għandu jagħti prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u li ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew xi difett ieħor tas-servizz provdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Jekk tinbeda tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li tiegħu huwa inkarigat.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|