+Artikolu 74 Responsabbiltà tal-pagatur għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
|
Artikolu 74 Responsabbiltà tal-pagatur għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 74 1.
|
B’deroga mill-Artikolu 73, il-pagatur jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk:
(a)
it-telf, is-serq jew il-miżapproprijazzjoni ta’ strument ta’ pagament ma setgħux jiġu identifikati mill-pagatur qabel pagament, għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti; jew
(b)
it-telf kien ikkawżat minn atti jew nuqqas ta’ azzjoni ta’ impjegat, aġent jew fergħa ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ xi entità li liha jkunu ġew esternalizzati l-attivitajiet.
Il-pagatur għandu jbati t-telf kollu marbut ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jekk huma jkunu ġġarrbu mill-pagatur billi aġixxa b’mod frodulenti jew ikun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi fl-Artikolu 69 b’intenzjoni jew b’negliġenza serja. F’tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika. Fejn il-pagatur la jkun aġixxa b’mod frodulenti u lanqas ma jkun naqas intenzjonalment milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 69, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-responsabbiltà msemmija f’dan il-paragrafu, billi jqisu, b’mod partikolari, in-natura tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun intilef, insteraq jew ġie miżapproprjat l-istrument ta’ pagament.
|
|
Artikolu 74 2.
|
Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma jeħtieġx awtentikazzjoni serja tal-klijent, il-pagatur ma għandux ibati telf finanzjarju sakemm il-pagatur ma jkunx aġixxa b’mod frodulenti. Meta l-benefiċjarju jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jonqos milli jaċċetta awtentikazzjoni serja tal-klijent, huwa għandu jħallas lura d-dannu finanzjarju kkawżat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.
|
|
Artikolu 74 3.
|
Il-pagatur ma għandu jbati l-ebda konsegwenza finanzjarja li tirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat wara n-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1), għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jipprovdix mezzi xierqa għan-notifika fi kwalunkwe ħin ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat, kif meħtieġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 70(1), il-pagatur ma għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta’ dak l-istrument ta’ pagament, għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|