+Artikolu 80 Irrevokabbiltà ta’ ordni ta’ pagament
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.
---+Artikolu 80 4.
---+Artikolu 80 5.

Artikolu 80 Irrevokabbiltà ta’ ordni ta’ pagament

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jistax jirrevoka ordni ta’ pagament ladarba tkun ġiet irċevuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, ħlief jekk speċifikat mod ieħor f’dan l-Artikolu.
Artikolu 80 2.
Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-pagatur ma għandux jirrevoka l-ordni ta’ pagament wara li jkun ta l-kunsens lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jibda t-tranżazzjoni ta’ pagament jew wara li jkun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-benefiċjarju.
Artikolu 80 3.
Madankollu, fil-każ ta’ debitu dirett u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ rimborż, il-pagatur jista’ jirrevoka l-ordni ta’ pagament sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-jum ta’ negozju li jippreċedi l-jum miftiehem għall-iddebitar tal-fondi.
Artikolu 80 4.
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 78(2) l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirrevoka ordni ta’ pagament sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jippreċedi l-jum miftiehem.
Artikolu 80 5.
Wara l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, l-ordni ta’ pagament tista’ tiġi revokata biss jekk ikun miftiehem bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti. Fil-każ imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, il-qbil tal-benefiċjarju għandu wkoll ikun meħtieġ. Jekk hekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob imposta għar-revoka.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit