+Artikolu 8 Inċidenti kbar
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2

Artikolu 8 Inċidenti kbar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Inċident għandu jitqies bħala inċident kbir għall-finijiet tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 meta jkun affettwa servizzi kritiċi kif imsemmi fl-Artikolu 6 u meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-livell limitu ta’ materjalità msemmi fl-Artikolu 9(5), il-punt (b), jiġi ssodisfat;

(b)

jintlaħqu tnejn jew aktar mil-livelli limitu l-oħra ta’ materjalità msemmija fl-Artikoli 9(1) sa (6).

Artikolu 8 2

2.   Inċidenti rikorrenti li individwalment ma jitqisux bħala inċident kbir f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala inċident wieħed kbir meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu seħħew mill-inqas darbtejn fi żmien 6 xhur;

(b)

ikollhom l-istess kawża ewlenija apparenti kif imsemmi fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(c)

kollettivament jissodisfaw il-kriterji biex jitqiesu bħala inċident kbir stabbiliti fl-Artikolu 1.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw l-eżistenza ta’ inċidenti rikorrenti fuq bażi ta’ kull xahar.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-mikrointrapriżi u għall-entitajiet finanzjarji elenkati fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit