+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qafas ta’ sorveljanza stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li jinbena fuq kooperazzjoni strutturata u kontinwa bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-Forum ta’ Sorveljanza u t-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni.

(2)

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom li għandhom jinħatru bħala membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament ikollhom l-għarfien espert tekniku meħtieġ fil-profili meħtieġa fit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. Il-prova li awtorità ma għandhiex persunal li jissodisfa l-għarfien espert tekniku speċifiku meħtieġ fit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jenħtieġ li titqies mis-Sorveljant Ewlieni bħala ġustifikazzjoni biex teżenta, f’dak l-istadju, lill-awtoritajiet milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jinnominaw membri tal-persunal għat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. F’dak il-każ, madankollu, jenħtieġ li l-awtorità timpenja ruħha abbażi tal-aħjar sforz li tindirizza dak in-nuqqas ta’ għarfien espert u tipprova ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha biex tikkontribwixxi għat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju li jmiss.

(3)

Il-membri tal-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 li huma ddeżinjati bħala membri ta’ tim konġunt tal-eżaminazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jkunu impjegati tal-awtorità li tinnomina u għalhekk soġġetti għas-sigħat tax-xogħol u l-post permanenti tax-xogħol kif inkluż fil-kuntratti ta’ impjieg tagħhom.

(4)

Sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effettiv tar-riżorsi fl-eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, jenħtieġ li l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jkunu jistgħu jifformaw parti minn diversi timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni u jissorveljaw diversi fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. In-numru ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li għandhom jiġu assenjati lil membru speċifiku ta’ tim konġunt tal-eżaminazzjoni, u l-ħtiġijiet ġenerali tal-persunal tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni, jenħtieġ li jqisu l-profil tar-riskju tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT u l-livell previst ta’ intensità tal-attivitajiet ta’ sorveljanza. Dik il-possibbiltà li jiġu ssorveljati diversi fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT titqies fil-pjan strateġiku pluriennali ta’ sorveljanza aġġornat kull sena mis-Sorveljanti Ewlenin sa fejn ikun meħtieġ, u rifless fil-pjan individwali annwali ta’ sorveljanza. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-impenn ippjanat u li għadu għaddej rigward l-allokazzjoni ta’ persunal għat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni mill-awtoritajiet li jinnominaw, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jikkonsulta kemm lin-Network Konġunt ta’ Sorveljanza kif ukoll lill-Forum ta’ Sorveljanza dwar il-pjan strateġiku pluriennali ta’ sorveljanza.

(5)

Is-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li japplika taħlita ta’ kriterji u ta’ prinċipji meta jidentifika n-numru ta’ membri tal-persunal f’kull tim konġunt tal-eżaminazzjoni u l-kompożizzjoni li tirriżulta. Minħabba l-impronta teknoloġika u ġeografika diversa u l-użu magħmul minn diversi entitajiet finanzjarji ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li dawk il-kriterji u l-prinċipji jqisu n-natura teknika tal-kompiti ta’ sorveljanza, il-grad differenti ta’ dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq is-servizzi pprovduti mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, id-distribuzzjoni ġeografika, id-daqs u n-numru ta’ entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq dawk is-servizzi u, fejn possibbli, rappreżentanza transsettorjali proporzjonata. Fit-twettiq ta’ dak il-kompitu, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tad-deżinjazzjoni tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, inkluża l-informazzjoni meħtieġa għas-subkriterji kollha kif stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1502 (2) u jqis il-kritikalità tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji speċifiċi kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f’dak tal-Unjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-istruttura u l-kompożizzjoni tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jkunu adegwati għall-użu tagħhom u biex jiġu żgurati kontinwament l-effiċjenza u l-effettività tal-Qafas ta’ Sorveljanza, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni u l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jivvalutaw perjodikament il-kisbiet tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. Is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet li jinnominaw jenħtieġ li jużaw dawk il-valutazzjonijiet biex jivverifikaw jekk il-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni għadhomx adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom u fejn xieraq jagħmlu bidliet lis-sħubija tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jaħdmu bħala tim uniku u li l-attivitajiet ta’ sorveljanza jitwettqu b’mod konsistenti, jenħtieġ li l-ASE jispeċifikaw il-proċeduri ta’ sorveljanza li għandhom jiġu segwiti mill-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni u mill-koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

(8)

Peress li l-kompiti ta’ sorveljanza jinvolvu l-ipproċessar ta’ informazzjoni kunfidenzjali, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jagħti aċċess għal tali informazzjoni u għar-riżorsi relatati tal-IT (inklużi l-għodod, l-applikazzjonijiet, u s-settijiet tad-data) u mhux tal-IT (inklużi l-politika, il-proċeduri u d-dokumentazzjoni) lill-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, fuq il-bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien, u fi ħdan l-ambitu speċifikat tal-inkarigi tagħhom, jekk dan ikun meħtieġ għall-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni biex jassistu lis-Sorveljant Ewlieni fit-twettiq tal-funzjonijiet jew tal-kompiti statutorji tiegħu. Meta jiġu stabbiliti arranġamenti bejn is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet kompetenti biex jimplimentaw dan ir-Regolament, b’mod konsistenti mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1505 (3), biex jiżguraw il-finanzjament xieraq tal-kostijiet assoċjati mar-riżorsi pprovduti mill-awtoritajiet li jinnominaw, jenħtieġ li f’tali arranġamenti s-Sorveljant Ewlieni jinkludi taqsima li tagħti d-dettalji dwar il-proċedura ta’ rimborż tal-kostijiet diretti u indiretti tal-awtoritajiet li jinnominaw kollha involuti fit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiżguraw eżekuzzjoni trasparenti u affidabbli tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, jenħtieġ li dawk l-arranġamenti jiżguraw ukoll li l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jkunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea mill-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(10)

Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-istandards proposti u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit