+Artikolu 44 Ċertifikati
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
|
Artikolu 44 Ċertifikati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
Iċ-ċertifikati maħruġa minn korpi notifikati f’konformità mal-Anness VII għandhom jitfasslu b’lingwa li tista’ faċilment tiġi mifhuma mill-awtoritajiet rilevanti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp notifikat.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għall-perjodu li jindikaw, li ma għandux jaqbeż il-ħames snin għas-sistemi tal-IA koperti mill-Anness I u erba’ snin għas-sistemi tal-IA koperti mill-Anness III. Fuq talba tal-fornitur, il-validità ta’ ċertifikat tista’ tiġi estiża għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom ma jaqbiżx il-ħames snin għas-sistemi tal-IA koperti mill-Anness I u erba’ snin għal sistemi tal-IA koperti mill-Anness III, abbażi ta’ valutazzjoni mill-ġdid f’konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli. Kwalunkwe suppliment ma’ ċertifikat għandu jibqa’ validu dment li jkun validu ċ-ċertifikat li jissupplimenta.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Meta korp notifikat isib li sistema tal-IA m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2, filwaqt li jqis il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat maħruġ jew jimponi restrizzjonijiet fuqha, sakemm ma tkunx żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti b’azzjoni korrettiva xierqa meħuda mill-fornitur tas-sistema sa data tal-iskadenza xierqa stabbilita mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Għandha tkun disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati, inkluż dwar ċertifikati ta’ konformità maħruġa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|