+Artikolu 57 Ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 3a.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
---+Artikolu 57 6.
---+Artikolu 57 7.
---+Artikolu 57 8.
---+Artikolu 57 9.
---+Artikolu 57 10.
---+Artikolu 57 11.
---+Artikolu 57 12.
---+Artikolu 57 13.
---+Artikolu 57 14.
---+Artikolu 57 15.
---+Artikolu 57 16.
---+Artikolu 57 17.

Artikolu 57 Ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu mill-inqas ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA wieħed fil-livell nazzjonali, li għandu jkun operazzjonali sat-2 ta’ Awwissu 2027. Dak l-ambjent ta’ esperimentazzjoni jista’ jiġi stabbilit ukoll b’mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ tekniku, pariri u għodod għall-istabbiliment u t-tħaddim ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA.

L-obbligu skont l-ewwel subparagrafu jista' jiġi ssodisfat ukoll permezz tal-parteċipazzjoni f'ambjent ta' esperimentazzjoni eżistenti sa fejn dik il-parteċipazzjoni tipprovdi livell ekwivalenti ta' kopertura nazzjonali għall-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 57 2.
Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA addizzjonali fil-livell reġjonali jew lokali, jew stabbiliti b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.
Artikolu 57 3.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jistabbilixxi ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Għal dan il-fini, ir-referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’dan il-Kapitolu għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 57 3a.
L-Uffiċċju għall-IA jista’ jistabbilixxi ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA fil-livell tal-Unjoni għas-sistemi tal-IA koperti mill-Artikolu 75(1). Għal dan il-fini, ir-referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’dan il-Kapitolu għandhom jinftiehmu, meta rilevanti, bħala referenzi għall-Uffiċċju għall-IA. Dak l-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, b’mod partikolari fejn il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni apparti dan ir-Regolament tkun sorveljata fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, u għandu jipprovdi aċċess prijoritarju għall-SMEs, inklużi negozji ġodda, u l-SMCs.

L-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA fil-livell tal-Unjoni mill-Uffiċċju għall-IA għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri li jistabbilixxu u jissorveljaw ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għas-sistemi tal-IA taħt is-superviżjoni tagħhom.

Artikolu 57 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jallokaw biżżejjed riżorsi biex jikkonformaw ma' dan l-Artikolu b'mod effettiv u f'waqtu. Fejn xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw ma' awtoritajiet rilevanti oħra u jistgħu jippermettu l-involviment ta' atturi oħra fl-ekosistema tal-IA. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja oħra stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell xieraq ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jissorveljaw dawk l-ambjenti ta' esperimentazzjoni l-oħra u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
Artikolu 57 5.
L-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA stabbiliti skont dan l-Artikolu għandhom jipprevedu ambjent ikkontrollat li jrawwem l-innovazzjoni u jiffaċilita l-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ sistemi innovattivi tal-IA għal żmien limitat qabel l-introduzzjoni tagħhom fis-suq jew it-tqegħid tagħhom fis-servizz skont pjan speċifiku tal-ambjent tal-esperimentazzjoni miftiehem bejn il-fornituri jew il-fornituri prospettivi u l-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jkunu żgurati s-salvagwardji xierqa. Tali ambjenti ta’ esperimentazzjoni jistgħu jinkludu ttestjar f’kundizzjonijiet tad-dinja reali bis-superviżjoni. Fejn applikabbli, il-pjan tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni għandu jinkorpora l-pjan ta’ ttestjar fid-dinja reali msemmi fl-Artikoli 60 u 60a.
Artikolu 57 6.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, kif xieraq, gwida, superviżjoni u appoġġ fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA bil-ħsieb li jidentifikaw ir-riskji, b'mod partikolari dawk għad-drittijiet fundamentali, is-saħħa u s-sikurezza, l-ittestjar, il-miżuri ta' mitigazzjoni, u l-effettività tagħhom fir-rigward tal-obbligi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, liġijiet oħra tal-Unjoni u liġi nazzjonali ssorveljati fl-ambjent ta' esperimentazzjoni.
Artikolu 57 7.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-fornituri u lill-fornituri prospettivi li jipparteċipaw fl-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA gwida dwar l-aspettattivi regolatorji u dwar kif jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament.

Fuq talba tal-fornitur jew ta' fornitur prospettiv tas-sistema tal-IA, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi evidenza bil-miktub tal-attivitajiet imwettqa b'suċċess fl-ambjent ta' esperimentazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi wkoll rapport ta' ħruġ li jagħti d-dettalji dwar l-attivitajiet imwettqa fl-ambjent ta' esperimentazzjoni u r-riżultati u l-eżiti tat-tagħlim relatati. Il-fornituri jistgħu jużaw tali dokumentazzjoni biex juru l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament permezz tal-proċess ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-attivitajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq. F'dan ir-rigward, ir-rapporti ta' ħruġ u l-prova bil-miktub ipprovduti mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandhom jitqiesu b'mod pożittiv mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mill-korpi notifikati, bl-għan li jiġu aċċellerati l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod raġonevoli.

Artikolu 57 8.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità fl-Artikolu 78, u bil-qbil tal-fornitur jew tal-fornitur prospettiv, il-Kummissjoni u l-Bord għandhom ikunu awtorizzati jaċċessaw ir-rapporti tal-ħruġ u għandhom iqisuhom, kif xieraq, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Jekk kemm il-fornitur jew il-fornitur prospettiv kif ukoll l-awtorità nazzjonali kompetenti jaqblu b'mod espliċitu, ir-rapport tal-ħruġ jista' jsir disponibbli għall-pubbliku permezz tal-pjattaforma unika ta' informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.
Artikolu 57 9.

L-istabbiliment ta' ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi li ġejjin:

(a) 

it-titjib taċ-ċertezza legali biex tinkiseb konformità regolatorja ma' dan ir-Regolament jew, fejn rilevanti, ma' liġijiet applikabbli oħra tal-Unjoni u nazzjonali;

(b) 

l-appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki permezz ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet involuti fl-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA;

(c) 

it-trawwim tal-innovazzjoni u l-kompetittività u jiffaċilita l-iżvilupp ta' ekosistema tal-IA;

(d) 

il-kontribut għal tagħlim regolatorju bbażat fuq l-evidenza;

▼M1

(e) 

l-iffaċilitar u t-tħaffif tal-aċċess tas-suq tal-Unjoni għas-sistemi tal-IA, b’mod partikolari meta jkunu pprovduti minn SMEs, inkluż negozji ġodda, u minn SMCs.

Artikolu 57 10.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li, sa fejn is-sistemi innovattivi tal-IA jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jew inkella jaqgħu fil-mandat superviżorju ta’ awtoritajiet nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, l-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni tad-data, u dawk l-awtoritajiet nazzjonali jew kompetenti l-oħra jkunu assoċjati mat-tħaddim tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u jkunu involuti fis-superviżjoni ta’ dawk l-aspetti sal-limitu tal-kompiti u s-setgħat rispettivi tagħhom.
Artikolu 57 11.
L-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji jew korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-ambjenti ta' esperimentazzjoni, inkluż fil-livell reġjonali jew lokali. Kwalunkwe riskju sinifikanti għas-saħħa u s-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali identifikati matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta' tali sistemi tal-IA għandu jirriżulta f'mitigazzjoni adegwata. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu temporanjament jew b'mod permanenti l-proċess tal-ittestjar, jew il-parteċipazzjoni fl-ambjent ta' esperimentazzjoni jekk ma tkun possibbli l-ebda mitigazzjoni effettiva u għandhom jinformaw lill-Uffiċċju għall-IA b'din id-deċiżjoni. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom fil-limiti tal-liġi rilevanti, billi jużaw is-setgħat diskrezzjonali tagħhom meta jimplimentaw dispożizzjonijiet legali fir-rigward ta' proġett ta' ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA speċifiku, bil-għan li jappoġġaw l-innovazzjoni fl-IA fl-Unjoni.
Artikolu 57 12.
Il-fornituri u l-fornituri prospettivi li jipparteċipaw fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għandhom jibqgħu responsabbli skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar ir-responsabbiltà għal kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi bħala riżultat tal-esperimentazzjoni li sseħħ fl-ambjent ta' esperimentazzjoni. Madankollu, dment li l-fornituri prospettivi jirrispettaw il-pjan speċifiku u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom u jsegwu in bona fide l-gwida mogħtija mill-awtorità nazzjonali kompetenti, ma għandha tiġi imposta ebda multa amministrattiva mill-awtoritajiet għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Fejn awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għal liġijiet oħra tal-Unjoni u nazzjonali kienu involuti b'mod attiv fis-superviżjoni tas-sistema tal-IA fl-ambjent ta' esperimentazzjoni u pprovdew gwida għall-konformità, ma għandha tiġi imposta l-ebda multa amministrattiva fir-rigward ta' dik il-liġi.
Artikolu 57 13.
L-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għandhom jiġu ddisinjati u jiġu implimentati b'tali mod li, fejn rilevanti, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 57 14.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u l-Uffiċċju għall-IA, għandhom, kif ikun xieraq u fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-Bord. Dawn jistgħu jappoġġaw l-istabbiliment konġunt u l-operat ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, inkluż f’setturi differenti, u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati.
Artikolu 57 15.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju għall-IA u lill-Bord dwar l-istabbiliment ta' ambjent ta' esperimentazzjoni, u jistgħu jitolbuhom appoġġ u gwida. L-Uffiċċju għall-IA għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku lista ta' ambjenti ta' esperimentazzjoni ppjanati u eżistenti u jżommha aġġornata sabiex iħeġġeġ aktar interazzjoni fl-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u l-kooperazzjoni transfruntiera.
Artikolu 57 16.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu rapporti annwali lill-Uffiċċju għall-IA u lill-Bord, li jibdew sena wara l-istabbiliment tal-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u kull sena wara dan sat-terminazzjoni tiegħu u rapport finali. Dawk ir-rapporti għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-progress u r-riżultati tal-implimentazzjoni ta' dawk l-ambjenti ta' esperimentazzjoni, inkluż l-aħjar prattiki, inċidenti, tagħlimiet meħudin u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tagħhom u, meta rilevanti, dwar l-applikazzjoni u r-reviżjoni possibbli ta' dan ir-Regolament, inkluż l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, u dwar l-applikazzjoni ta' liġijiet oħra tal-Unjoni ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti fl-ambjent ta' esperimentazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħmlu dawk ir-rapporti annwali jew ir-riassunti tagħhom disponibbli għall-pubbliku, online. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tqis ir-rapporti annwali fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 57 17.
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa unika u ddedikata li jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jinteraġixxu mal-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u jqajmu mistoqsijiet mal-awtoritajiet kompetenti, u jfittxu gwida mhux vinkolanti dwar il-konformità ta' prodotti, servizzi u mudelli kummerċjali innovattivi li jinkorporaw teknoloġiji tal-IA, f'konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (c). Il-Kummissjoni għandha tikkoordina b'mod proattiv mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit