+Artikolu 57 3a.
|
Artikolu 57 3a.
L-Uffiċċju għall-IA jista’ jistabbilixxi ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA fil-livell tal-Unjoni għas-sistemi tal-IA koperti mill-Artikolu 75(1). Għal dan il-fini, ir-referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’dan il-Kapitolu għandhom jinftiehmu, meta rilevanti, bħala referenzi għall-Uffiċċju għall-IA. Dak l-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, b’mod partikolari fejn il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni apparti dan ir-Regolament tkun sorveljata fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, u għandu jipprovdi aċċess prijoritarju għall-SMEs, inklużi negozji ġodda, u l-SMCs. L-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA fil-livell tal-Unjoni mill-Uffiċċju għall-IA għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri li jistabbilixxu u jissorveljaw ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għas-sistemi tal-IA taħt is-superviżjoni tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|