+Artikolu 62 Miżuri għall-fornituri u għall-implimentaturi, b'mod partikolari l-SMEs, inkluż negozji ġodda
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.

Artikolu 62 Miżuri għall-fornituri u għall-implimentaturi, b'mod partikolari l-SMEs, inkluż negozji ġodda

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1.

L-Istati Membri għandhom iwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jipprovdu lill-SMEs, inkluż negozji ġodda, li għandhom uffiċċju rreġistrat jew fergħa fl-Unjoni, b'aċċess prijoritarju għall-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, sa fejn jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla; l-aċċess prijoritarju ma għandux jipprekludi lil SMEs oħra inkluż negozji ġodda għajr dawk imsemmija f’dan il-paragrafu milli jaċċessaw l-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, dment li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla;

(b) 

jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imfassla għall-ħtiġijiet tal-SMEs, inkluż negozji ġodda, l-implimentaturi u, kif xieraq, l-awtoritajiet pubbliċi lokali;

(c) 

jużaw mezzi ddedikati eżistenti u fejn xieraq, jistabbilixxu mezzi ġodda għall-komunikazzjoni mal-SMEs, inkluż negozji ġodda, implimentaturi, innovaturi oħra u, kif xieraq, mal-awtoritajiet pubbliċi lokali biex jipprovdu pariri u jwieġbu għal mistoqsijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni f'ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA;

(d) 

jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni.

Artikolu 62 2.
L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri SME, inkluż negozji ġodda, għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għal valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 43, u jitnaqqsu dawk it-tariffi b'mod proporzjonat għad-daqs tagħhom, id-daqs tas-suq tagħhom u indikaturi rilevanti oħra.
Artikolu 62 3.

L-Uffiċċju għall-IA għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jipprovdi mudelli standardizzati għall-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, kif speċifikat mill-Bord fit-talba tiegħu;

(b) 

jiżviluppa u jżomm pjattaforma unika ta' informazzjoni li tipprovdi informazzjoni faċli biex tintuża b'rabta ma' dan ir-Regolament għall-operaturi kollha madwar l-Unjoni;

(c) 

jorganizza kampanji ta' komunikazzjoni xierqa biex iqajjem kuxjenza dwar l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament;

(d) 

jevalwa u jippromwovi l-konverġenza tal-aħjar prattiki fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku fir-rigward tas-sistemi tal-IA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit