+Artikolu 63 Derogi għal operaturi speċifiċi
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
|
Artikolu 63 Derogi għal operaturi speċifiċi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
L-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, jistgħu jikkonformaw ma’ ċerti elementi tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità meħtieġa mill-Artikolu 17 b’mod simplifikat, diment li ma jkollhomx intrapriżi sħab jew intrapriżi relatati fis-sens tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida dwar l-elementi tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tista’ tinżamm konformità magħhom b’mod simplifikat meta jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs, bla ma jiġi affettwat il-livell tal-protezzjoni jew il-ħtieġa ta’ konformità mar-rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli.
|
|
Artikolu 63 2.
|
Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jiġi interpretat bħala li jeżenta lil dawk l-operaturi milli jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit jew obbligu ieħor stabbilit f'dan ir-Regolament, inkluż dawk stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 72 u 73.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|