+Artikolu 78 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
---+Artikolu 78 3.
---+Artikolu 78 4.
---+Artikolu 78 5.

Artikolu 78 Kunfidenzjalità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 78 1.

Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-korpi notifikati u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra involuta fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom b'tali mod li jipproteġu, b'mod partikolari:

(a) 

id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew is-sigrieti kummerċjali ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-kodiċi tas-sors, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(b) 

l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għall-finijiet ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet jew awditi;

(c) 

l-interessi tas-sigurtà pubblika u nazzjonali;

(d) 

it-twettiq tal-proċedimenti kriminali jew amministrattivi;

(e) 

informazzjoni klassifikata skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Artikolu 78 2.
L-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1 għandhom jitolbu biss data li tkun strettament meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju ppreżentat minn sistemi tal-IA u għall-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2019/1020. Huma għandhom jistabbilixxu miżuri taċ-ċibersigurtà adegwati u effettivi biex jipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u d-data miksuba u għandhom iħassru d-data li tinġabar malli ma tibqax aktar meħtieġa għall-iskop li għalih tkun inkisbet, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli.
Artikolu 78 3.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni skambjata fuq bażi kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni ma għandhiex tiġi ddivulgata mingħajr il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-oriġini u tal-implimentatur meta s-sistemi tal-IA b’riskju għoli msemmija fil-punt 1, 6 jew 7 tal-Anness III jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll fil-fruntieri, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil u meta tali divulgazzjoni tkun tipperikola l-interessi tas-sigurtà pubblika u nazzjonali. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni ma għandux ikopri data operazzjonali sensittiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll fil-fruntieri, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil.

Meta l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil ikunu fornituri ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli msemmija fil-punt 1, 6 jew 7 tal-Anness III, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV għandha tibqa’ fil-bini ta’ dawk l-awtoritajiet. Dawk l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 74(8) u (9), kif applikabbli, ikunu jistgħu, fuq talba, jaċċessaw minnufih id-dokumentazzjoni jew jiksbu kopja tagħha. Huwa biss il-persunal tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq bil-livell xieraq ta’ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li għandu jitħalla jaċċessa dik id-dokumentazzjoni jew kwalunkwe kopja tagħha.

Artikolu 78 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet rilevanti tagħhom, kif ukoll dawk tal-korpi notifikati, fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ twissijiet, inkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera, u lanqas ma għandhom jaffettwaw l-obbligi tal-partijiet ikkonċernati li jipprovdu informazzjoni skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri.
Artikolu 78 5.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw, meta jkun meħtieġ u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet internazzjonali u kummerċjali, informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità li jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit