+Artikolu 112 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 112 1.
---+Artikolu 112 2.
---+Artikolu 112 3.
---+Artikolu 112 4.
---+Artikolu 112 5.
---+Artikolu 112 6.
---+Artikolu 112 7.
---+Artikolu 112 8.
---+Artikolu 112 9.
---+Artikolu 112 10.
---+Artikolu 112 11.
---+Artikolu 112 12.
---+Artikolu 112 13.
|
Artikolu 112 Evalwazzjoni u rieżami
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 112 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal emenda tal-lista fl-Anness III u l-lista ta' prattiki pprojbiti tal-IA stipulata fl-Artikolu 5, darba fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u sa tmiem il-perjodu tad-delega tas-setgħa stipulat fl-Artikolu 97. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta s-sejbiet ta' dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
|
|
Artikolu 112 2.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2028 u kull erba' snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan li ġej:
(a)
il-ħtieġa ta' emendi li jestendu l-intestaturi ta' oqsma eżistenti jew li jżidu intestaturi ta' oqsma ġodda fl-Anness III;
(b)
emendi għall-lista ta' sistemi tal-IA li jirrikjedu miżuri addizzjonali ta' trasparenza fl-Artikolu 50;
(c)
emendi li jsaħħu l-effettività tas-sistema ta' superviżjoni u ta' governanza.
|
|
Artikolu 112 3.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2029 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni fir-rigward tal-istruttura tal-infurzar u l-ħtieġa possibbli ta' aġenzija tal-Unjoni biex issolvi kwalunkwe nuqqas identifikat. Abbażi tas-sejbiet, dak ir-rapport għandu, meta xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta għall-emendar ta' dan ir-Regolament. Ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 112 4.
|
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jagħtu attenzjoni speċifika lil dawn li ġejjin:
(a)
l-istatus tar-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettqu b'mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament;
(b)
l-istat tal-penali, b'mod partikolari l-multi amministrattivi kif imsemmija fl-Artikolu 99(1), applikati mill-Istati Membri għall-ksur ta' dan ir-Regolament;
(c)
l-istandards armonizzati adottati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni żviluppati biex jappoġġaw dan ir-Regolament;
(d)
in-numru ta' impriżi li jidħlu fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kemm minnhom ikunu SMEs.
|
|
Artikolu 112 5.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2028, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-Uffiċċju għall-IA, jekk l-Uffiċċju għall-IA jkunx ingħata biżżejjed setgħat u kompetenzi biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jekk, għall-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa ta' dan ir-Regolament, ikunx rilevanti u meħtieġ li jittejbu l-Uffiċċju għall-IA u l-kompetenzi tal-infurzar tiegħu u li jiżdiedu r-riżorsi tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport dwar l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 112 6.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2028 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar ir-rieżami tal-progress fl-iżvilupp ta' strumenti ta' strumenti ta' standardizzazzjoni dwar l-iżvilupp effiċjenti fl-użu tal-enerġija ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali u tivvaluta l-ħtieġa għal aktar miżuri jew azzjonijiet, inkluż miżuri jew azzjonijiet vinkolanti. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 112 7.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2028 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt u l-effettività tal-kodiċijiet tal-kondotta volontarji biex trawwem l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 għas-sistemi tal-IA għajr is-sistemi tal-IA b'riskju għoli u possibbilment ta' rekwiżiti addizzjonali oħra għas-sistemi tal-IA għajr is-sistemi tal-IA b'riskju għoli, inkluż fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali.
|
|
Artikolu 112 8.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 7, il-Bord, l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar it-talba tagħha u mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 112 9.
|
Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 7, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Bord, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta' korpi jew ta' sorsi rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 112 10.
|
Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tqis l-iżviluppi fit-teknoloġija, l-effett tas-sistemi tal-IA fuq is-saħħa u s-sikurezza, u fuq id-drittijiet fundamentali, u fid-dawl tal-istat tal-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 112 11.
|
Biex jiġu ggwidati l-evalwazzjonijiet u r-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għall-IA għandu jimpenja ruħu li jiżviluppa metodoloġija oġġettiva u parteċipattiva għall-evalwazzjoni tal-livelli tar-riskju bbażata fuq il-kriterji deskritti fl-Artikoli rilevanti u l-inklużjoni ta' sistemi ġodda:
(a)
fil-lista stipulata fl-Anness III, inkluż l-estensjoni ta' intestaturi ta' oqsma eżistenti jew iż-żieda ta' intestaturi ta' oqsma ġodda f'dak l-Anness;
(b)
fil-lista ta' prattiki pprojbiti stipulata fl-Artikolu 5; u,
(c)
fil-lista ta' sistemi tal-IA li jirrikjedu miżuri addizzjonali ta' trasparenza skont l-Artikolu 50.
|
|
Artikolu 112 12.
|
Kwalunkwe emenda għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 10, jew atti delegati jew ta' implimentazzjoni rilevanti, li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I għandha tqis l-ispeċifiċitajiet regolatorji ta' kull settur, u l-mekkaniżmi u l-awtoritajiet eżistenti ta' governanza, ta' valutazzjoni tal-konformità u ta' infurzar stabbiliti fihom.
|
|
Artikolu 112 13.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2031, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-infurzar ta' dan ir-Regolament u għandha tirrapportaha dwarha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, filwaqt li tqis l-ewwel snin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Abbażi tas-sejbiet, dak ir-rapport għandu, meta xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta għall-emendar ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-istruttura tal-infurzar u l-ħtieġa ta' aġenzija tal-Unjoni biex issolvi kwalunkwe nuqqas identifikat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|