+KAPITOLU XIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 102 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 300/2008
---+Artikolu 103 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 167/2013
---+Artikolu 104 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 168/2013
---+Artikolu 105 Emenda għad-Direttiva 2014/90/UE
---+Artikolu 106 Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/797
---+Artikolu 107 Emenda għar-Regolament (UE) 2018/858
---+Artikolu 108 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1139
---+Artikolu 109 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2144
---+Artikolu 110 Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
---+Artikolu 111 Sistemi tal-IA diġà introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz u mudeli tal-IA bi skop ġenerali diġà introdotti fis-suq
------+Artikolu 111 1.
------+Artikolu 111 2.
------+Artikolu 111 3.
------+Artikolu 111 4.
---+Artikolu 112 Evalwazzjoni u rieżami
------+Artikolu 112 1.
------+Artikolu 112 2.
------+Artikolu 112 3.
------+Artikolu 112 4.
------+Artikolu 112 5.
------+Artikolu 112 6.
------+Artikolu 112 7.
------+Artikolu 112 8.
------+Artikolu 112 9.
------+Artikolu 112 10.
------+Artikolu 112 11.
------+Artikolu 112 12.
------+Artikolu 112 13.
---+Artikolu 113 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

KAPITOLU XIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU XIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 102 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 300/2008

Artikolu 102

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 300/2008

Fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jiġu adottati miżuri dettaljati relatati mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi għall-approvazzjoni u l-użu ta' tagħmir tas-sigurtà li jikkonċerna sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 103 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 167/2013

Artikolu 103

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 167/2013

Fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jiġu adottati atti delegati skont l-ewwel subparagrafu dwar sistemi tal-intelliġenza artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 104 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 168/2013

Artikolu 104

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 168/2013

Fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jiġu adottati atti delegati skont l-ewwel subparagrafu dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitilu III, it-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 105 Emenda għad-Direttiva 2014/90/UE

Artikolu 105

Emenda għad-Direttiva 2014/90/UE

Fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/90/UE, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.  
Għal sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li huma komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), meta twettaq l-attivitajiet tagħha skont il-paragrafu 1 u meta jiġu adottati speċifikazzjonijiet tekniċi u standards tal-ittestjar f'konformità mal-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, dak ir-Regolament.
Artikolu 106 Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/797

Artikolu 106

Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/797

Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.  
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafu 1 u atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 11 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 107 Emenda għar-Regolament (UE) 2018/858

Artikolu 107

Emenda għar-Regolament (UE) 2018/858

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/858 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafu 3 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *6 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 108 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1139

Artikolu 108

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1139

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.
(2) 

fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafi 1 u 2 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.”

;

(3) 

fl-Artikolu 43, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
Meta jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.”

;

(4) 

fl-Artikolu 47, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafi 1 u 2 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.”

;

(5) 

fl-Artikolu 57, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jiġu adottati dawk l-atti ta' implimentazzjoni dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.”

;
(6) 

fl-Artikolu 58, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafi 1 u 2 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.”.
Artikolu 109 Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2144

Artikolu 109

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2144

Fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2144 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
Meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 dwar sistemi tal-intelliġenza artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *8 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 110 Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828

Artikolu 110

Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828

Fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), jiżdied il-punt li ġej:

“(68) 

Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj)”.

Artikolu 111 Sistemi tal-IA diġà introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz u mudeli tal-IA bi skop ġenerali diġà introdotti fis-suq -
Artikolu 112 Evalwazzjoni u rieżami -
Artikolu 113 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Artikolu 113

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ Awwissu 2026.

Madanakollu:

▼M1

(a) 

Il-Kapitoli I u II għandhom japplikaw mit-2 ta’ Frar 2025, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (ba) u (bb) u l-Artikolu 5(1a) u (1b), li għandhom japplikaw mit-2 ta’ Diċembru 2026;

▼B

(b) 

Il-Kapitolu III it-Taqsima 4, il-Kapitolu V, il-Kapitolu VII u l-Kapitolu XII u l-Artikolu 78 għandhom japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2025, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 101;

▼M1

(c) 

Il-Kapitolu III, it-Taqsimiet 1, 2, u 3, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6(5), għandhom japplikaw:

(i) 

mit-2 ta’ Diċembru 2027 fir-rigward tas-sistemi tal-IA klassifikati b’riskju għoli skont l-Artikolu 6(2) u l-Anness III; u

(ii) 

mit-2 ta’ Awwissu 2028 fir-rigward tas-sistemi tal-IA klassifikati b’riskju għoli skont l-Artikolu 6(1) u l-Anness I;

▼M1

(d) 

L-Artikoli 102 u 110 għandhom japplikaw mis-27 ta’ Lulju 2026.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta