+ANNESS XII Informazzjoni dwar it-trasparenza msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (b) – dokumentazzjoni teknika għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali lil fornituri downstream li jintegraw il-mudell fis-sistema tal-IA tagħhom

ANNESS XII Informazzjoni dwar it-trasparenza msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (b) – dokumentazzjoni teknika għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali lil fornituri downstream li jintegraw il-mudell fis-sistema tal-IA tagħhom




ANNESS XII

Informazzjoni dwar it-trasparenza msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (b) – dokumentazzjoni teknika għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali lil fornituri downstream li jintegraw il-mudell fis-sistema tal-IA tagħhom

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punt (b) għandu jkun fiha mill-inqas dan li ġej:

1. 

Deskrizzjoni ġenerali tas-mudell tal-IA bi skop ġenerali li tinkludi:

(a) 

il-kompiti li l-mudell ikun maħsub li jwettaq u t-tip u n-natura tas-sistemi tal-IA li fihom jista' jiġi integrat;

(b) 

il-politiki ta' użu aċċettabbli applikabbli;

(c) 

id-data tar-rilaxx u l-metodi tad-distribuzzjoni;

(d) 

kif il-mudell jinteraġixxi, jew jista' jintuża biex jinteraġixxi, ma' hardware jew software li mhux parti mill-mudell innifsu, fejn applikabbli;

(e) 

il-verżjonijiet tas-software rilevanti relatati mal-użu tal-mudell tal-IA bi skop ġenerali, fejn applikabbli;

(f) 

l-arkitettura u n-numru ta' parametri;

(g) 

il-modalità (eż. test, immaġni) u l-format tal-inputs u l-outputs;

(h) 

il-liċenzja għall-mudell.

2. 

Deskrizzjoni dettaljata tal-elementi tal-mudell u tal-proċess għall-iżvilupp tiegħu, inkluż:

(a) 

il-mezzi tekniċi (eż. struzzjonijiet għall-użu, infrastruttura, għodod) meħtieġa biex il-mudell tal-IA bi skop ġenerali jiġi integrat fis-sistemi tal-IA;

(b) 

il-modalità (eż. test, immaġni, eċċ.) u l-format tal-inputs u l-outputs u d-daqs massimu tagħhom (eż. context window length, eċċ.);

(c) 

informazzjoni dwar id-data użata għat-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni, fejn applikabbli, inkluż it-tip u l-provenjenza tad-data u l-metodoloġiji tal-manutenzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta