+Artikolu 5 Akkwist u użu tal-prodotti b’elementi diġitali
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
|
Artikolu 5 Akkwist u użu tal-prodotti b’elementi diġitali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jissoġġettaw prodotti b’elementi diġitali għal rekwiżiti addizzjonali taċ-ċibersigurtà għall-akkwist jew l-użu ta’ dawk il-prodotti għal finijiet speċifiċi, inkluż meta dawk il-prodotti jiġu akkwistati jew użati għal finijiet ta’ sigurtà jew ta’ difiża nazzjonali, dment li tali rekwiżiti jkunu konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u li jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-kisba ta’ dawk il-finijiet.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, meta jiġu akkwistati prodotti b’elementi diġitali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-kapaċità tal-manifatturi li jittrattaw il-vulnerabbiltajiet b’mod effettiv, titqies fil-proċess tal-akkwist.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|