|
+Artikolu 10 Tisħiħ tal-ħiliet f’ambjent diġitali reżiljenti mil-lat ċibernatiku |
Artikolu 10 Tisħiħ tal-ħiliet f’ambjent diġitali reżiljenti mil-lat ċibernatikuArtikolu 10 Tisħiħ tal-ħiliet f’ambjent diġitali reżiljenti mil-lat ċibernatiku Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u sabiex jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-professjonisti b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri, fejn xieraq, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u l-ENISA, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni, għandhom jippromwovu miżuri u strateġiji bl-għan li:
(a)
jiżviluppaw ħiliet fiċ-ċibersigurtà u joħolqu għodod organizzattivi u teknoloġiċi biex jiżguraw disponibbiltà suffiċjenti ta’ professjonisti speċjalizzati sabiex jappoġġjaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità;
(b)
iżidu l-kollaborazzjoni bejn is-settur privat, l-operaturi ekonomiċi, inkluż permezz ta’ taħriġ mill-ġdid jew titjib tal-ħiliet għall-impjegati tal-manifatturi, il-konsumaturi, il-fornituri tat-taħriġ kif ukoll l-amministrazzjonijiet pubbliċi, biex b’hekk jespandu l-possibbiltajiet ta’ għażla għaż-żgħażagħ biex jaċċessaw l-impjiegi fis-settur ċibernatiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|