Artikolu 25
Attestazzjoni tas-sigurtà tas-software liberu u b’sors miftuħ
Sabiex jiġi ffaċilitat l-obbligu ta’ diliġenza dovuta stabbilit fl-Artikolu 13(5), b’mod partikolari fir-rigward tal-manifatturi li jintegraw komponenti ta’ software liberu u b’sors miftuħ fil-prodotti tagħhom b’elementi diġitali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi volontarji ta’ attestazzjoni tas-sigurtà li jippermettu lill-iżviluppaturi jew lill-utenti ta’ prodotti b’elementi diġitali li jikkwalifikaw bħala software liberu u b’sors miftuħ kif ukoll partijiet terzi oħra jivvalutaw il-konformità ta’ tali prodotti mar-rekwiżiti essenzjali kollha jew ma’ ċerti rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà jew ma’ obbligi oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament.