|
+ANNESS II INFORMAZZJONI U ISTRUZZJONIJIET LILL-UTENT |
ANNESS II INFORMAZZJONI U ISTRUZZJONIJIET LILL-UTENT
ANNESS II INFORMAZZJONI U ISTRUZZJONIJIET LILL-UTENT Bħala minimu, il-prodott b’elementi diġitali għandu jkun akkumpanjat minn:
1.
l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, u l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika jew kuntatt diġitali ieħor kif ukoll, fejn ikun disponibbli, is-sit web fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur;
2.
il-punt uniku ta’ kuntatt fejn tista’ tiġi rrapportata u riċevuta informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott b’elementi diġitali, u fejn tista’ tinstab il-politika tal-manifattur dwar id-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet;
3.
l-isem u t-tip u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni unika tal-prodott b’elementi diġitali;
4.
l-iskop maħsub tal-prodott b’elementi diġitali, inkluż l-ambjent tas-sigurtà pprovdut mill-manifattur, kif ukoll il-funzjonalitajiet essenzjali tal-prodott u u l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet tas-sigurtà;
5.
kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tal-prodott b’elementi diġitali f’konformità mal-iskop maħsub tiegħu jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji sinifikanti għaċ-ċibersigurtà;
6.
fejn ikun applikabbli, l-indirizz tal-Internet li fih tista’ tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;
7.
it-tip ta’ appoġġ tekniku għas-sigurtà offrut mill-manifattur u d-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ appoġġ li matulu l-utenti jistgħu jistennew li l-vulnerabbiltajiet jiġu ġestiti u li jirċievu aġġornamenti tas-sigurtà;
8.
istruzzjonijiet dettaljati jew indirizz tal-Internet li jirreferi għal tali istruzzjonijiet dettaljati u informazzjoni dwar:
(a)
il-miżuri meħtieġa matul l-ikkummissjonar inizjali u matul il-ħajja tal-prodott b’elementi diġitali biex jiġi żgurat l-użu sikur tiegħu;
(b)
kif il-bidliet fil-prodott b’elementi diġitali jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tad-data;
(c)
kif jistgħu jiġu installati aġġornamenti rilevanti għas-sigurtà;
(d)
id-dekummissjonar sikur tal-prodott b’elementi diġitali, inkluża informazzjoni dwar kif id-data tal-utent tista’ titneħħa b’mod sikur;
(e)
kif il-konfigurazzjoni prestabbilita li tippermetti l-installazzjoni awtomatika ta’ aġġornamenti tas-sigurtà, kif meħtieġ mill-Parti I, il-punt (2)(c), tal-Anness I, tista’ tiġi diżattivata;
(f)
fejn il-prodott b’elementi diġitali jkun maħsub biex jiġi integrat fi prodotti oħra b’elementi diġitali, l-informazzjoni meħtieġa biex l-integratur ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I u r-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni stabbiliti fl-Anness VII.
9.
Jekk il-manifattur jiddeċiedi li jqiegħed il-lista ta’ materjali tas-software disponibbli għall-utent, informazzjoni dwar fejn tista’ tiġi aċċessata l-lista ta’ materjali tas-software. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|